+Artikolu 43 Rekwiżit tal-likwidità
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.

Artikolu 43 Rekwiżit tal-likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 1.
Ditti tal-investiment għandhom iżżommu ammont ta’ assi likwidi ekwivalenti għal mill-inqas terz tar-rekwiżiti tal-ispejjeż ġenerali fissi kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 13(1).

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lill-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) mill-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u għandhom jinfurmaw kif xieraq lill-ABE dwar dan.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, assi likwidi għandhom ikunu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, mingħajr limitazzjoni għall-kompożizzjoni tagħhom:

(a) 

l-assi msemmija fl-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, soġġett għall-istess kondizzjonijiet rigward il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-istess telf impost applikabbli bħal dawk previsti f’dawk l-Artikoli;

(b) 

l-assi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, sa ammont assolut ta’ EUR 50 miljun jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika, soġġetti għall-istess kondizzjonijiet rigward il-kriterji ta’ eliġibbiltà, minbarra l-livell limitu ta’ EUR 500 miljun imsemmi fl-Artikolu 15(1) ta' dak ir-Regolament, u l-istess telf impost applikabbli bħal dak stabbilit f’dak l-Artikolu;

(c) 

strumenti finanzjarji mhux koperti mill-punt (a) u (b) ta' dan is-subparagrafu, innegozjati f’ċentru tan-negozjar li għalihom hemm suq likwidu kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u fl-Artikoli 1 sa 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 ( 10 ), soġġetti għal telf impost ta’ 55 %;

(d) 

depożiti fuq terminu qasir mhux mirhuna f'istituzzjoni ta' kreditu.

Artikolu 43 2.
Flus kontanti, depożiti għal żmien qasir u strumenti finanzjarji li jappartjenu għall-klijenti, anki meta jinżammu fl-isem proprju tad-ditta tal-investiment, ma għandhomx jiġu trattati bħala assi likwidi għall-finijiet tal-paragrafu 1.
Artikolu 43 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament u ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament iżda li ma jwettqux l-ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE jistgħu jinkludu wkoll riċevibbli mingħand debituri tan-negozju u tariffi jew kummissjonijiet riċevibbli fi żmien 30 jum fl-assi likwidi tagħhom, meta dawk ir-riċevibbli jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dawn jirrappreżentaw sa massimu ta’ terz tar-rekwiżiti minimi tal-likwidità kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) 

dawn ma jingħaddu għall-ebda rekwiżit addizzjonali tal-likwidità meħtieġ mill-awtorità kompetenti għal riskji speċifiċi għad-ditta f’konformità mal-Artikolu 39(2)(k) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(c) 

dawn ikunu soġġetti għal telf impost ta’ 50 %.

Artikolu 43 4.
Għall-fini tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ABE, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw aktar il-kriterji li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu meta jeżentaw lid-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) mir-rekwiżit tal-likwidità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.