+Artikolu 54 Rekwiżiti ta' rapportar
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
|
Artikolu 54 Rekwiżiti ta' rapportar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
Ditti tal-investiment għandhom jirrapportaw fuq bażi ta' kull tliet xhur lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a)
il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji;
(b)
ir-rekwiżiti tal-fondi proprji;
(c)
il-kalkoli tar-rekwiżit tal-fondi proprji;
(d)
il-livell ta’ attività fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1), inklużi l-karta tal-bilanċ u disaggregazzjoni tad-dħul skont is-servizz ta’ investiment u l-fattur-K applikabbli;
(e)
ir-riskju ta' konċentrazzjoni;
(f)
ir-rekwiżiti tal-likwidità.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandhom jippreżentaw rapporti fuq bażi annwali.
|
|
Artikolu 54 2.
|
L-informazzjoni speċifikata fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi l-livelli ta’ riskju li ġejjin u għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas fuq bażi annwali:
(a)
il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni assoċjat mal-inadempjenza tal-kontropartijiet u ma' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, kemm fuq bażi individwali tal-kontroparti kif ukoll aggregata;
(b)
il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jinżammu flus tal-klijenti;
(c)
il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jiġu ddepożitati titoli ta’ klijenti;
(d)
il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn jiġu ddepożitati l-flus tad-ditta tal-investiment stess;
(e)
il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni mill-qligħ;
(f)
il-livell ta' riskju tal-konċentrazzjoni kif deskritt fil-punti (a) sa (e) ikkalkulat billi jitqiesu l-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ mhux irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar flimkien mal-iskoperturi li jirriżultaw mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-termini ''istituzzjoni ta’ kreditu'' u ''ditta tal-investiment'' jinkludu impriżi privati u pubbliċi, inkluż il-fergħat ta' tali impriżi, dment li dawk l-impriżi, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-invetiment kif definit f'dan ir-Regolament, u dment li dawk l-imptiżi ikunu ġew awtorizzati f'pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ditta tal-investiment li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta l-informazzjoni speċifikata fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, sa fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1), fil-punt (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 54 3.
|
Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-ABE, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’implimentazzjoni biex tispeċifika:
(b)
id-dati tar-rapportar u d-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet assoċjati li għandhom jiddeskrivu kif għandhom jintużaw dawn il-formati.
L-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun konċiż u proporzjonat man-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment, filwaqt li titqies id-differenzi fil-livell ta' dettall tal-informazzjoni ppreżentata minn ditta tal-investiment li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1). L-ABE għandha tiżviluppa l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu sas-26 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|