+Artikolu 54 2.

Artikolu 54 2.

L-informazzjoni speċifikata fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi l-livelli ta’ riskju li ġejjin u għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas fuq bażi annwali:

(a) 

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni assoċjat mal-inadempjenza tal-kontropartijiet u ma' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, kemm fuq bażi individwali tal-kontroparti kif ukoll aggregata;

(b) 

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jinżammu flus tal-klijenti;

(c) 

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jiġu ddepożitati titoli ta’ klijenti;

(d) 

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn jiġu ddepożitati l-flus tad-ditta tal-investiment stess;

(e) 

il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni mill-qligħ;

(f) 

il-livell ta' riskju tal-konċentrazzjoni kif deskritt fil-punti (a) sa (e) ikkalkulat billi jitqiesu l-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ mhux irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar flimkien mal-iskoperturi li jirriżultaw mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-termini ''istituzzjoni ta’ kreditu'' u ''ditta tal-investiment'' jinkludu impriżi privati u pubbliċi, inkluż il-fergħat ta' tali impriżi, dment li dawk l-impriżi, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-invetiment kif definit f'dan ir-Regolament, u dment li dawk l-imptiżi ikunu ġew awtorizzati f'pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ditta tal-investiment li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta l-informazzjoni speċifikata fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, sa fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1), fil-punt (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.