+Artikolu 55 Rekwiżiti ta’ rapportar għal ċerti ditti tal-investiment għall-finijiet tal-limiti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u l-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.
---+Artikolu 55 4.
---+Artikolu 55 5.
|
Artikolu 55 Rekwiżiti ta’ rapportar għal ċerti ditti tal-investiment għall-finijiet tal-limiti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u l-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1.
|
Id-ditti tal-investiment li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jivverifikaw il-valur tal-assi totali tagħhom fuq bażi ta’ kull xahar u għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti kull trimestru, jekk il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 5 biljuni, ikkalkulat bħala medja tat-12-il xahar preċedenti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ABE b’dan.
|
|
Artikolu 55 2.
|
Fejn ditta tal-investiment msemmija fil-paragrafu 1 tkun parti minn grupp li fih impriża oħra waħda jew aktar tkun ditta tal-investiment li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment kollha bħal dawn fil-grupp għandhom jivverifikaw il-valur tal-assi totali tagħhom fuq bażi ta' kull xahar jekk il-valur totali tal-assi konsolidati tal-grupp ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 5 biljuni, ikkalkulati bħala medja tat-12-il xahar preċedenti. Tali ditti tal-investiment għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar l-assi totali tagħhom fuq bażi ta' kull xahar u jirrapportaw l-assi totali konsolidati tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kull trimestru. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ABE b’dan.
|
|
Artikolu 55 3.
|
Jekk il-medja tal-assi totali ta’ kull xahar tad-ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 tilħaq xi wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament jew fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikkalkolati bħala medja tal-aħħar tat-12-il xahar preċedenti, l-ABE għandha tinnotifika lil dawk id-ditti tal-investiment u lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtoritajiet kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu [8a] tad-Direttiva 2013/36/UE dwar dan.
|
|
Artikolu 55 4.
|
Meta rieżami skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2019/2034 juri li ditta tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ toħloq riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE bir-riżultati ta’ dak ir-rieżami mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 55 5.
|
L-ABE, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 biex ikun jista’ jsir monitoraġġ effettiv tal-livelli limitu stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu, f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|