+Artikolu 60 Klawżola ta' rieżami
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
|
Artikolu 60 Klawżola ta' rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
Sas-26 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE u l-ESMA, twettaq rieżami u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġislattiva rigward mill-inqas dawn li ġejjin:
(a)
il-kondizzjonijiet biex id-ditti tal-investiment jikkwalifikaw bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi f’konformità mal-Artikolu 12;
(b)
il-metodi għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tal-Parti Tlieta, inkluż il-parir dwar l-investiment fil-kamp ta' applikazzjoni tal-AUM, u fl-Artikolu 39;
(c)
il-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 15(2);
(d)
il-metodu użat għall-kalkolu ta’ K-CMG, il-livell tar-rekwiżiti tal-fondi proprji li jirriżulta minn K-CMG meta mqabbel ma' K-NPR, u l-kalibrazzjoni tal-fattur multiplikanti stabbilit fl-Artikolu 23;
(e)
id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45 u b’mod partikolari l-eliġibbiltà għar-rekwiżit tal-likwidità ta’ assi likwidi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 43(1);
(f)
id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
(g)
l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta għan-negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet.
(h)
il-modifika tad-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala riżultat tal-punt (a) tal-Artikolu 62(3) ta' dan ir-Regolament u l-konsegwenzi negattivi potenzjali mhux mistennija;
(i)
id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-allinjament tagħhom ma' qafas konsistenti għal ekwivalenza fis-servizzi finanzjarji;
(j)
il-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 12(1);
(k)
l-applikazzjoni tal-istandards tal-Kapitoli 1a u 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għad-ditti tal-investiment;
(l)
il-metodu tal-kejl tal-valur ta' derivattiva fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) u u l-punt (b) tal-Artikolu 33(2), u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta' sistema metrika u/jew ta' kalibrazzjoni alternattiva;
(m)
id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti Tnejn, b’mod partikolari dwar il-permess biex strumenti jew fondi oħra jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 9(4), u l-possibbiltà li jingħata permess bħal dan lid-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-inverstiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1);
(n)
il-kondizzjonijiet biex id-ditti tal-investiment japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'konformità mal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament;
(o)
id-dispożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(5).
(p)
ir-rilevanza tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament għal setturi oħrajn, inkluż id-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) u 1(5) ta’ dan ir-Regolament u l-istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-ħtiġijiet tar-riżorsi li jirriżultaw mit-teħid ta’ setgħat u dmirijiet ġodda mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 64 ta' dan ir-Regolament, inkluż il-possibbiltà li l-ESMA timponi tariffi ta’ reġistrazzjoni fuq ditti ta'pajjiżi terzi rreġistrati mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġislattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|