|
+Artikolu 60 1. |
Artikolu 60 1.Sas-26 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE u l-ESMA, twettaq rieżami u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġislattiva rigward mill-inqas dawn li ġejjin:
(a)
il-kondizzjonijiet biex id-ditti tal-investiment jikkwalifikaw bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi f’konformità mal-Artikolu 12;
(b)
il-metodi għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tal-Parti Tlieta, inkluż il-parir dwar l-investiment fil-kamp ta' applikazzjoni tal-AUM, u fl-Artikolu 39;
(c)
il-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 15(2);
(d)
il-metodu użat għall-kalkolu ta’ K-CMG, il-livell tar-rekwiżiti tal-fondi proprji li jirriżulta minn K-CMG meta mqabbel ma' K-NPR, u l-kalibrazzjoni tal-fattur multiplikanti stabbilit fl-Artikolu 23;
(e)
id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45 u b’mod partikolari l-eliġibbiltà għar-rekwiżit tal-likwidità ta’ assi likwidi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 43(1);
(f)
id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
(g)
l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta għan-negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet.
(h)
il-modifika tad-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala riżultat tal-punt (a) tal-Artikolu 62(3) ta' dan ir-Regolament u l-konsegwenzi negattivi potenzjali mhux mistennija;
(i)
id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-allinjament tagħhom ma' qafas konsistenti għal ekwivalenza fis-servizzi finanzjarji;
(j)
il-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 12(1);
(k)
l-applikazzjoni tal-istandards tal-Kapitoli 1a u 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għad-ditti tal-investiment;
(l)
il-metodu tal-kejl tal-valur ta' derivattiva fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) u u l-punt (b) tal-Artikolu 33(2), u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta' sistema metrika u/jew ta' kalibrazzjoni alternattiva;
(m)
id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti Tnejn, b’mod partikolari dwar il-permess biex strumenti jew fondi oħra jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 9(4), u l-possibbiltà li jingħata permess bħal dan lid-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-inverstiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1);
(n)
il-kondizzjonijiet biex id-ditti tal-investiment japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'konformità mal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament;
(o)
id-dispożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(5).
(p)
ir-rilevanza tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament għal setturi oħrajn, inkluż id-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) u 1(5) ta’ dan ir-Regolament u l-istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|