+Artikolu 10 Finanzjament ta’ SGD
---+Article 10 1.
---+Article 10 2.
---+Article 10 3.
---+Article 10 4.
---+Article 10 5.
---+Article 10 6.
---+Article 10 7.
---+Article 10 8.
---+Article 10 9.
---+Article 10 10.

Artikolu 10 Finanzjament ta’ SGD

Artikolu 10

Finanzjament ta’ SGD

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jkollhom fis-seħħ sistemi adegwati biex jiġu ddeterminati l-obbligazzjonijiet potenzjali tagħhom. Il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD għandhom ikunu proporzjonati ma’ dawn l-obbligazzjonijiet.

L-SGD għandhom iżidu l-mezzi finanzjarji disponibbli b’kontribuzzjonijiet li għandhom isiru mill-membri tagħhom mill-inqas darba fis-sena. Dan ma għandux jipprevjeni finanzjament addizzjonali minn sorsi oħra.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sat-3 ta’ Lulju 2024, il-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ SGD għandhom tal-anqas jilħqu livell ta’ mira ta’ 0,8 % tal-ammont tad-depożiti koperti mill-membri tagħha.

Meta l-kapaċità finanzjarja ma tilħaqx il-livell ta’ mira, għandu jerġa’ jibda l-pagament tal-kontribuzzjonijiet tal-anqas sakemm jerġa’ jintlaħaq il-livell ta’ mira.

Jekk, wara li l-livell ta’ mira jkun intlaħaq għall-ewwel darba, il-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu ġew imnaqqsa għal anqas minn żewġ terzi tal-livell ta’ mira, il-kontribuzzjoni regolari għandha tiġi stabbilita għal livell li jippermetti l-livell ta’ mira li jintlaħaq fi żmien sitt snin.

Il-kontribuzzjoni regolari għandha tieħu kont dovut tal-fażi taċ-ċiklu tan-negozju, u l-impatt li jista’ jkollhom il-kontribuzzjonijiet pro-ċikliċi fl-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu inizjali msemmi fl-ewwel subparagrafu b’mhux aktar minn erba’ snin jekk l-SGD tkun għamlet żborzi kumulattivi ta’ aktar minn 0,8 % tad-depożiti koperti.

3.  Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandu jittieħed kont tagħhom sabiex jintlaħaq il-livell ta’ mira jista’ jinkludi impenji ta’ pagament. Is-sehem totali ta’ impenji ta’ pagament ma għandux jaqbeż 30 % tal-ammont totali ta’ mezzi finanzjarji disponibbli miżjuda f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar impenji ta’ pagament.

4.  Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista’, għall-fini li jaqdi l-obbligi taħtu, jiġbor il-mezzi finanzjarji disponibbli permezz tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu lil skemi eżistenti ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji stabbiliti minn Stat Membru fit-territorju tiegħu bil-għan li jkopru l-ispejjeż relatati mar-riskju sistemiku, il-falliment, u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet.

L-SGD huma intitolati għal ammont ekwivalenti għall-ammont ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet sal-livell ta’ mira fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li l-Istat Membru fuq talba jagħmel immedjatament disponibbli għal dawk l-SGD, għall-użu esklussivament għall-finijiet previsti fl-Artikolu 11.

L-SGD huma intitolati għal dak l-ammont biss jekk l-awtorità kompetenti tqis li huma mhumiex kapaċi jiġbru kontribuzzjonijiet straordinarji mill-membri tagħhom, u l-SGD għandhom iħallsu lura dak l-ammont permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-membri tagħhom f’konformità mal-Artikolu 10(1) u (2).

5.  Il-kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni taħt it-Titolu VII tad-Direttiva 2014/59/UE, inklużi l-mezzi finanzjarji disponibbli li għandu jittieħed kont tagħhom biex jintlaħaq il-livell ta’ mira tal-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni taħt l-Artikolu 102(3b) tad-Direttiva 2014/59/UE, ma għandhomx jingħaddu għall-iskop tal-livell ta’ mira.

6.  B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu, fejn ikun ġustifikat u bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jawtorizzaw livell ta’ mira mimimu aktar baxx mil-livell ta’ mira speċifikat fil-paragrafu 2, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tnaqqis huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li x’aktarx mhux ser tintuża parti sinifikanti mill-mezzi disponibbli għal miżuri li jipproteġu depożitanti koperti, minbarra kif previst fl-Artikolu 11(2) u (6); u

(b) is-settur bankarju li joperaw fih l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati għall-SGD huwa kkonċentrat ħafna bi kwantità kbira ta’ assi miżmuma minn għadd żgħir ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew gruppi ta’ banek, soġġetti għal superviżjoni fuq bażi konsolidata li, b’kont meħud tad-daqs tagħhom, x’aktarx li f’każ ta’ falliment ikunu soġġetti għall-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni.

Dak il-livell ta’ mira mnaqqas ma għandux ikun aktar baxx minn 0,5 % tad-depożiti koperti.

7.  Il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD għandu jiġi investit b’mod suffiċjentement diversifikat u ta’ riskju baxx.

8.  Jekk il-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ SGD ikunu insuffiċjenti biex jitħallsu lura d-depożitanti meta d-depożiti ma jibqgħux disponibbli, il-membri tagħha għandhom iħallsu kontribuzzjonijiet straordinarji li ma jeċċedux 0,5 % tad-depożiti koperti tagħhom kull sena tal-kalendarju. L-SGDs tista’ f’ċirkostanzi eċċezzjonali u bil-kunsens tal-awtorità kompetenti tirrikjedi kontribuzzjonijiet ogħla.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddiferixxi, kompletament jew parzjalment, il-ħlas minn istituzzjoni ta’ kreditu ta’ kontribuzzjonijiet staordinarji ex post lis-SGD jekk il-kontribuzzjonijiet jipperikolaw il-likwidità jew is-solvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

Tali diferiment m’għandhux jingħata għal perijodu ta’ aktar minn sitt xhur iżda jista’ jiġġedded fuq talba tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

Il-kontribuzzjonijiet diferiti taħt dan il-paragrafu għandhom jitħallsu meta tali ħlas ma jipperikolax aktar il-likwidità jew is-solvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD ikollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi u adegwati sabiex jippermettulhom li jiksbu fondi f’qasir żmien sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet kontra dawk l-SGD.

10.  Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar l-ammont ta’ depożiti koperti fl-Istat Membru tagħhom u l-ammont ta’ mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD tagħhom fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 10 1.
Member States shall ensure that DGSs have in place adequate systems to determine their potential liabilities. The available financial means of DGSs shall be proportionate to those liabilities.

DGSs shall raise the available financial means by contributions to be made by their members at least annually. This shall not prevent additional financing from other sources.

Article 10 2.
Member States shall ensure that, by 3 July 2024, the available financial means of a DGS shall at least reach a target level of 0,8 % of the amount of the covered deposits of its members.

Where the financing capacity falls short of the target level, the payment of contributions shall resume at least until the target level is reached again.

If, after the target level has been reached for the first time, the available financial means have been reduced to less than two-thirds of the target level, the regular contribution shall be set at a level allowing the target level to be reached within six years.

The regular contribution shall take due account of the phase of the business cycle, and the impact procyclical contributions may have when setting annual contributions in the context of this Article.

Member States may extend the initial period referred to in the first subparagraph for a maximum of four years if the DGS has made cumulative disbursements in excess of 0,8 % of covered deposits.

Article 10 3.
The available financial means to be taken into account in order to reach the target level may include payment commitments. The total share of payment commitments shall not exceed 30 % of the total amount of available financial means raised in accordance with this Article.

In order to ensure consistent application of this Directive, EBA shall issue guidelines on payment commitments.

Article 10 4.
Notwithstanding paragraph 1 of this Article, a Member State may, for the purpose of fulfilling its obligations thereunder, raise the available financial means through the mandatory contributions paid by credit institutions to existing schemes of mandatory contributions established by a Member State in its territory for the purpose of covering the costs related to systemic risk, failure, and resolution of institutions.

DGSs shall be entitled to an amount equal to the amount of such contributions up to the target level set out in paragraph 2 of this Article, which the Member State will make immediately available to those DGSs upon request, for use exclusively for the purposes provided for in Article 11.

DGSs are entitled to that amount only if the competent authority considers that they are unable to raise extraordinary contributions from their members. DGSs shall repay that amount through contributions from their members in accordance with Article 10(1) and (2).

Article 10 5.
Contributions to resolution financing arrangements under Title VII of Directive 2014/59/EU, including available financial means to be taken into account in order to reach the target level of the resolution financing arrangements under Article 102(1) of Directive 2014/59/EU, shall not count towards the target level.
Article 10 6.

By way of derogation from paragraph 2, Member States may, where justified and upon approval of the Commission, authorise a minimum target level lower than the target level specified in paragraph 2, provided that the following conditions are met:

(a) 

the reduction is based on the assumption that it is unlikely that a significant share of available financial means will be used for measures to protect covered depositors, other than as provided for in Article 11(2) and (6); and

(b) 

the banking sector in which the credit institutions affiliated to the DGS operate is highly concentrated with a large quantity of assets held by a small number of credit institutions or banking groups, subject to supervision on a consolidated basis which, given their size, are likely in case of failure to be subject to resolution proceedings.

That reduced target level shall not be lower than 0,5 % of covered deposits.

Article 10 7.
The available financial means of DGSs shall be invested in a low-risk and sufficiently diversified manner.
Article 10 8.
If the available financial means of a DGS are insufficient to repay depositors when deposits become unavailable, its members shall pay extraordinary contributions not exceeding 0,5 % of their covered deposits per calendar year. DGSs may in exceptional circumstances and with the consent of the competent authority require higher contributions.

The competent authority may defer, in whole or in part, a credit institution's payment of extraordinary ex-post contributions to the DGS if the contributions would jeopardise the liquidity or solvency of the credit institution. Such deferral shall not be granted for a longer period than six months but may be renewed upon the request of the credit institution. The contributions deferred pursuant to this paragraph shall be paid when such payment no longer jeopardises the liquidity or solvency of the credit institution.

Article 10 9.
Member States shall ensure that DGSs have in place adequate alternative funding arrangements to enable them to obtain short-term funding to meet claims against those DGSs.
Article 10 10.
Member States shall, by 31 March each year, inform EBA of the amount of covered deposits in their Member State and of the amount of the available financial means of their DGSs on 31 December of the preceding year.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.