|
+Artikolu 13 Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lil SGD ---+Article 13 1. ---+Article 13 2. ---+Article 13 3. |
Artikolu 13 Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lil SGDArtikolu 13 Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lil SGD 1. Il-kontribuzzjonijiet lill-SGD msemmija fl-Artikolu 10 għandhom ikunu bbażati fuq l-ammont ta’ depożiti koperti u l-ammont ta’ riskju mġarrab mill-membru rispettiv. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kontribuzzjonijiet aktar baxxi għal setturi b’riskju żgħir li huma regolati mil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta’ SPI iħallsu kontribuzzjonijiet aktar baxxi lill-SGD. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati b’mod permanenti mal-korp ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jkunu soġġetti b’mod ġenerali għall-piż tar-riskju li jkun ġie ddeterminat għal korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati tiegħu fuq bażi konsolidata. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jħallsu kontribuzzjoni minima, irrispettivament mill-ammont tad-depożiti koperti tagħhom. 2. L-SGD jistgħu jużaw il-metodi tagħhom stess ibbażati fuq ir-riskju għad-determinazzjoni u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet bbażati fuq ir-riskju mill-membri tagħhom. Il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandu jkunu proporzjonali għar-riskju tal-membri u għandu jieħu kont dovut tal-profili ta’ riskju tal-mudelli varji ta’ negozju. Dawk il-metodi jistgħu ukoll jieħdu kont tan-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ u l-indikaturi tar-riskju, bħall-adegwatezza tal-kapital, il-kwalità u l-likwidità tal-assi. Kull metodu għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti b’kooperazzjoni mal-awtorità maħtura. L-ABE għandha tiġi infurmata dwar il-metodi approvati. 3. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha, sat-3 ta’ Lulju 2015, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex jiġi speċifikati l-metodu għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lill-SGD f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, hija għandha tinkludi formula ta’ kalkolu, indikaturi speċifiċi, klassijiet tar-riskju għall-membri, limiti għal piżijiet tar-riskju assenjati lil klassijiet tar-riskju speċifiċi, u element oħra meħtieġa. Sat-3 ta’ Lulju 2017 u tal-anqas kull ħames snin wara dan, l-ABE għandha twettaq reviżjoni tal-linji gwida dwar metodi bbażati fuq ir-riskju jew metodi alternattivi tar-riskju proprju applikati mill-SGD. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|