+ANNESS I

ANNESS I

ANNESS I


FORMULA STANDARD TA’ INFORMAZZJONI TAD-DEPOŻITANTI

Informazzjoni bażika dwar il-protezzjoni ta’ depożitu

Depożiti minn (daħħal l-isem ta’ istituzzjoni ta’ kreditu) huma protetti minn:

[daħħal l-isem tal-SGD rilevanti] (1)

Limitu ta’ protezzjoni:

EUR 100 000 għal kull depożitant għal kull istituzzjoni ta’ kreditu (2)

[issostitwixxi bl-ammont adegwat jekk il-munita mhix EUR]

[fejn applikabbli:] It-trademarks li ġejjin huma parti mill-istituzzjoni ta’ kreditu tiegħek [daħħal it-trademarks kollha li joperaw taħt l-istess liċenzja]

Jekk għandek aktar depożiti fl-istess istituzzjoni ta’ kreditu:

Id-depożiti kollha tiegħek fl-istess istituzzjoni ta’ kreditu huma “aggregati” u t-total huwa soġġett għal-limitu ta’ EUR 100 000 [issostitwixxi bl-ammont adegwat jekk il-munita mhix EUR] (2)

Jekk għandek kont konġunt ma’ persuna(i) oħra:

Il-limitu ta’ EUR 100 000 [issostitwixxi bl-ammont adegwat jekk il-munita mhix EUR] japplika għal kull depożitant separatament (3)

Perijodu ta’ rimborż f’każ ta’ falliment tal-istituzzjoni ta’ kreditu:

7 ijiem ta’ xogħol (4)

[issostitwixxi bi skadenza oħra jekk applikabbli]

Munita ta’ rimborż:

euro [issostitwixxi b’munita oħra fejn applikabbli]

Kuntatt:

[daħħal id-data tal-kuntatt tal-SDG rilevanti

(indirizz, it-telefon, il-posta elettronika, eċċ)]

Aktar informazzjoni:

[daħħal is-sit tal-Internet tal-SDG rilevanti]

Rikonoxximent ta’ riċezzjoni mid-depożitant:

 

Informazzjoni addizzjonali (kollha jew uħud minn dawn ta hawn taħt)

(1)   Skema responsabbli mill-protezzjoni tad-depożitu tiegħek

(2)   Limitu ġenerali ta’ protezzjoni

(3)   Limitu ta’ protezzjoni għal kontijiet konġunti

(4)   Ħlas lura [għandu jiġi adattat]L-Skema ta’ Garanzija tad-Depożitiresponsabbli hija [daħħal l-isem u l-indirizz, it-telefon, il-posta elettronika u s-sit tal-Internet]. Hija ser tħallas lura d-depożiti tiegħek (sa EUR 100 000 [issostitwixxi bl-ammont adegwat jekk il-munita mhix EUR]) fi żmien [daħħal il-perijodu ta’ ħlas lura kif mitlub mil-liġi nazzjonali] mhux aktar tard, minn [31 ta’ Diċembru 2023] fi żmien [7 ijiem ta’ xogħol].[Żid l-informazzjoni dwar ir-rimborż ta’ emerġenza/interim jekk l-ammont(i) ta’ ħlas lura ma jkunux disponibbli fi żmien 7 jiem ta’ xogħol.]Jekk tkun għadek ma tħallastx lura fi żmien dawn l-iskadenzi, għandek tikkuntattja lill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti peress li ż-żmien biex tippreżenta pretensjoni għal rimborż jista’ jingħalaq wara ċertu limitu ta’ żmien. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn [daħħal il-websajt tal-SDG responsabbli].Informazzjoni importanti oħraB’mod ġenerali, id-depożitanti kollha f’livell ta’ konsumatur u n-negozji kollha huma koperti mill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti. Eċċezzjonijiet għal ċerti depożiti jinsabu mniżżla fis-sit tal-Internet tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitiresponsabbli. Fuq talba, l-istituzzjoni tal-kreditu tiegħek ser tinfurmak ukoll jekk ċerti prodotti humiex koperti jew le. Jekk id-depożiti huma koperti, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha wkoll tikkonferma dan fid-dikjarazzjoni tal-kont.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.