4. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-rekwiżiti fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar is-servizzjar tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, meta x-xerrej tal-kreditu jkun entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 2, tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), dment li tali liġijiet nazzjonali:
|
(a)
|
ma jaffettwawx il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur previst minn din id-Direttiva;
|
|
(b)
|
jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-informazzjoni meħtieġa mingħand is-servizzjanti tal-kreditu.
|