+Artikolu 5 Rekwiżiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3

Artikolu 5 Rekwiżiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti li ġejjin għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(1):

(a)

l-applikant ikun persuna ġuridika kif imsemmi fl-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew – jekk skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollux uffiċċju reġistrat – l-uffiċċju ewlieni tiegħu, ikun jinsab fl-Istat Membru fejn qed jitlob l-awtorizzazzjoni;

(b)

il-membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv tal-applikant ikunu ta’ reputazzjoni suffiċjentement tajba, li tintwera billi tingħata prova li:

(i)

ikollhom kondotta tal-pulizija nadifa jew ekwivalenti nazzjonali ieħor fir-rigward ta’ reati kriminali rilevanti, partikularment dawk relatati ma’ proprjetà, servizzi u attivitajiet finanzjarji, ħasil tal-flus, użura, frodi, reati fiskali, ksur tas-segretezza professjonali jew mal-integrità fiżika, kif ukoll fir-rigward ta’ kwalunkwe reat ieħor skont il-liġijiet relatati mal-kumpaniji, il-falliment, l-insolvenza jew il-protezzjoni tal-konsumatur;

(ii)

l-effetti kumulattivi ta’ inċidenti żgħar ma jaffettwawx ir-reputazzjoni tajba tagħhom;

(iii)

fil-passat dejjem kienu trasparenti, miftuħa u kooperattivi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet superviżorji u regolatorji;

(iv)

ma jkunux soġġetti għal xi proċedura ta’ insolvenza li tkun għadha għaddejja jew ikunu ġew iddikjarati falluti fl-imgħoddi, sakemm ma jkunux ġew stabbiliti mill-ġdid skont il-liġi nazzjonali;

(c)

l-organu maniġerjali jew amministrattiv tal-applikant, b’mod kumplessiv, ikollu għarfien u esperjenza adegwati biex imexxi n-negozju b’mod kompetenti u responsabbli;

(d)

il-persuni li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikanti fl-applikant fis-sens tal-Artikolu 4(1), punt (36), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu ta’ reputazzjoni suffiċjentement tajba, li tintwera bl-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b)(i) u (iv) ta’ dan il-paragrafu;

(e)

l-applikant ikollu fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza robusti u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri ta’ mmaniġġjar tar-riskju, li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-mutwatarji u l-konformità mal-liġijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew il-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, u mar-Regolament (UE) 2016/679;

(f)

l-applikant japplika politika xierqa li tiżgura l-konformità mar-regoli għall-protezzjoni tal-konsumaturi u t-trattament ġust u diliġenti tal-mutwatarji, inkluż billi jqis is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u, meta jkun disponibbli, il-ħtieġa li dawn il-mutwatarji jiġu riferuti għand servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn jew għand servizzi soċjali;

(g)

l-applikant ikollu fis-seħħ proċeduri interni adegwati u speċifiċi li jiżguraw ir-reġistrazzjoni u t-trattament tal-ilmenti tal-mutwatarji;

(h)

l-applikant ikollu fis-seħħ proċeduri adegwati kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 jinnominaw is-servizzjanti tal-kreditu bħala entitajiet marbuta b’obbligu għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(i)

l-applikant ikun soġġett skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni pubblika.

Artikolu 5 2

2.   Wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u tirrifletti l-interessi kollha involuti, l-EBA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 5 3

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) meta l-applikant ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u, jekk ikun rilevanti, fl-Artikolu 6(2), punt (a).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.