+Artikolu 6 Kapaċità ta’ żamma ta’ fondi
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3

Artikolu 6 Kapaċità ta’ żamma ta’ fondi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk is-servizzjanti tal-kreditu, fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fit-territorju tagħhom, ikunux:

(a)

awtorizzati jirċievu u jżommu fondi mingħand il-mutwatarji sabiex jittrasferixxu dawk il-fondi lix-xerrejja tal-kreditu; jew

(b)

ipprojbiti milli jirċievu u jżommu fondi mingħand il-mutwatarji.

Artikolu 6 2

2.   Jekk is-servizzjanti tal-kreditu jitħallew jirċievu u jżommu fondi mingħand il-mutwatarji skont il-paragrafu 1, il-punt (a), l-Istati Membri għandhom:

(a)

jistabbilixxu, minbarra r-rekwiżiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1), rekwiżit li l-applikant ikollu kont separat f’istituzzjoni ta’ kreditu li fih għandhom jiġu kkreditati u miżmuma l-fondi kollha li jirċievi mingħand il-mutwatarji sakemm dawn jiġu ttrasferiti lix-xerrej tal-kreditu rispettiv, skont il-kundizzjonijiet miftiehma max-xerrej tal-kreditu;

(b)

jiżguraw li dawk il-fondi jkunu protetti f’konformità mal-liġi nazzjonali fl-interess tax-xerrejja tal-kreditu kontra l-pretensjonijiet tal-kredituri l-oħrajn tas-servizzjanti tal-kreditu, partikularment f’każ ta’ insolvenza;

(c)

jiddeterminaw li, meta mutwatarju jagħmel pagament lil servizzjant tal-kreditu sabiex, parzjalment jew totalment, jirrimborża l-ammonti dovuti b’rabta mad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew mal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, dak il-pagament jiġi ttrattat bħala li jkun tħallas lix-xerrej tal-kreditu;

(d)

jirrikjedu li, kull meta servizzjant tal-kreditu jirċievi fondi mingħand il-mutwatarju, is-servizzjant tal-kreditu jirrikonoxxi l-ammonti li jkun irċieva billi jibgħat irċevuta jew ittra ta’ kwittanza lill-mutwatarju bil-miktub jew b’mezz permanenti ieħor.

Artikolu 6 3

3.   Jekk servizzjant tal-kreditu ma jkollux l-intenzjoni li jirċievi u jżomm fondi mingħand il-mutwatarji bħala parti mill-mudell kummerċjali tiegħu, is-servizzjant tal-kreditu għandu jesprimi dik l-intenzjoni fl-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1). F’każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a),ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.