+Artikolu 8 Irtirar ta’ awtorizzazzjoni
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
|
Artikolu 8 Irtirar ta’ awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi neċessarji u setgħat ta’ sanzjoni, skont l-Artikolu 22, sabiex jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lis-servizzjant tal-kreditu, meta kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin tapplika għal tali servizzjant tal-kreditu:
|
(a)
|
ma jużax l-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar mill-ħruġ tagħha;
|
|
(b)
|
jirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni;
|
|
(c)
|
ma jkunx baqa’ jinvolvi ruħu fl-attivitajiet ta’ servizzjant tal-kreditu għal iktar minn 12-il xahar;
|
|
(d)
|
ikun kiseb l-awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezz irregolari ieħor;
|
|
(e)
|
ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala servizzjant tal-kreditu stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u, meta rilevanti, fl-Artikolu 6(2), punt (a);
|
|
(f)
|
jikkommetti ksur serju tar-regoli applikabbli, inklużi d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jew ta’ regoli oħra dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, inklużi r-regoli applikabbli tal-Istat Membru ospitanti u tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu.
|
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Meta awtorizzazzjoni tiġi rtirata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti f’każijiet meta s-servizzjant tal-kreditu jipprovdi servizzi skont l-Artikolu 13, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u minn dak ta’ domiċilju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|