1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu u jżommu tal-anqas lista jew, jekk jitqies aktar xieraq, reġistru nazzjonali tas-servizzjanti tal-kreditu kollha li jkunu awtorizzati jipprovdu servizzi fit-territorju tagħhom, inklużi servizzjanti tal-kreditu li jipprovdu servizzi skont l-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva.
L-EBA għandha tiżviluppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxu l-aħjar prattiki għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ tali listi jew reġistri u li jispeċifikaw it-tipi ta’ informazzjoni inklużi fihom sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni u trasparenza għax-xerrejja tal-kreditu u għall-mutwatarji.