+Artikolu 11 Relazzjoni kuntrattwali bejn servizzjant tal-kreditu u xerrej tal-kreditu
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
|
Artikolu 11 Relazzjoni kuntrattwali bejn servizzjant tal-kreditu u xerrej tal-kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Meta xerrej tal-kreditu ma jwettaqx huwa stess l-attivitajiet tas-servizzjar tal-kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu maħtur jipprovdi s-servizzi tiegħu fir-rigward tal-ġestjoni u tal-infurzar tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, abbażi ta’ kuntratt ta’ servizzjar tal-kreditu ma’ xerrej tal-kreditu.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Il-kuntratt ta’ servizzjar tal-kreditu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi għal dawn li ġejjin:
|
(a)
|
deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu li se jitwettqu mis-servizzjant tal-kreditu;
|
|
(b)
|
il-livell ta’ rimunerazzjoni tas-servizzjant tal-kreditu jew il-mod kif għandha tiġi kkalkulata r-rimunerazzjoni;
|
|
(c)
|
il-punt sa fejn is-servizzjant tal-kreditu jista’ jirrappreżenta lix-xerrej tal-kreditu fir-rigward tal-mutwatarju;
|
|
(d)
|
impenn mill-partijiet biex jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali applikabbli għad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew għall-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur u tad-data;
|
|
(e)
|
klawżola li tirrikjedi trattament ġust u diliġenti fil-konfront tal-mutwatarji.
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratt ta’ servizzjar tal-kreditu msemmi fil-paragrafu 1 ikun fih rekwiżit li jgħid li s-servizzjant tal-kreditu għandu jinnotifika lix-xerrej tal-kreditu qabel ma jesternalizza xi waħda mill-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu tiegħu.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu jżomm ir-rekords li ġejjin għal mill-inqas ħames snin mid-data ta’ meta l-kuntratt ta’ servizzjar tal-kreditu msemmi fil-paragrafu 1 jiġi tterminat jew għat-tul tal-perjodu ta’ preskrizzjoni statutorju applikabbli fl-Istat Membru ta’ domiċilju, iżda, fiż-żewġ każijiet, għal perijodu mhux aktar minn 10 snin:
|
(a)
|
korrispondenza rilevanti kemm max-xerrej tal-kreditu kif ukoll mal-mutwatarju, skont il-kundizzjonijiet previsti skont il-liġi nazzjonali applikabbli;
|
|
(b)
|
l-istruzzjonijiet rilevanti li jkun irċieva mingħand ix-xerrej tal-kreditu fir-rigward tad-drittijiet tal-kreditur fl-ambitu ta’ kull kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, li jimmaniġġja u jinforza f’isem dak ix-xerrej tal-kreditu, skont il-kundizzjonijiet previsti skont il-liġi nazzjonali applikabbli;
|
|
(c)
|
il-kuntratt ta’ servizzjar tal-kreditu.
|
|
|
Artikolu 11 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu jqiegħed ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 4 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti meta ssir talba għalihom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|