+Artikolu 12 1

Artikolu 12 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta servizzjant tal-kreditu juża fornitur ta’ servizzi tal-kreditu biex iwettaq mill-attivitajiet imniżżla fl-Artikolu 3(9) (“fornitur tas-servizz tal-kreditu”), is-servizzjant tal-kreditu jibqa’ kompletament responsabbli biex jikkonforma mal-obbligi kollha taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. L-esternalizzazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ esternalizzazzjoni bil-miktub bejn is-servizzjant tal-kreditu u l-fornitur ta’ servizzi tal-kreditu li skontu l-fornitur ta’ servizzi tal-kreditu jkun rikjest li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli, inklużi d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, u l-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli għad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew għall-kuntratt ta’ kreditu nnifsu;

(b)

l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet kollha ta’ servizzjar tal-kreditu fl-istess ħin lil fornitur ta’ servizzi tal-kreditu hija pprojbita;

(c)

ir-relazzjoni kuntrattwali bejn is-servizzjant tal-kreditu u x-xerrej tal-kreditu u l-obbligi tas-servizzjant tal-kreditu lejn ix-xerrej tal-kreditu jew lejn il-mutwatarji ma jinbidlux mill-kuntratt ta’ esternalizzazzjoni mal-fornitur ta’ servizzi tal-kreditu;

(d)

il-konformità ta’ servizzjant tal-kreditu mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tiegħu kif stipulati fl-Artikolu 5(1) ma tiġix affettwata mill-esternalizzazzjoni ta’ xi wħud mill-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu tiegħu;

(e)

l-esternalizzazzjoni lill-fornitur ta’ servizzi tal-kreditu ma xxekkilx is-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq servizzjant tal-kreditu skont l-Artikoli 14 u 21;

(f)

is-servizzjant tal-kreditu jkollu aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti kollha rigward l-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu esternalizzati lill-fornitur ta’ servizzi tal-kreditu;

(g)

wara li l-kuntratt ta’ esternalizzazzjoni jiġi tterminat, is-servizzjant tal-kreditu jkollu l-għarfien espert u r-riżorsi biex ikun jista’ jipprovdi l-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu esternalizzati.

L-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu ma għandhiex issir b’tali mod li tfixkel il-kwalità tal-kontroll intern tas-servizzjant tal-kreditu, is-solidità jew il-kontinwità tal-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu tiegħu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.