+Artikolu 13 Il-libertà li jkunu provduti attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fi Stat Membru ospitanti
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6
---+Artikolu 13 7
|
Artikolu 13 Il-libertà li jkunu provduti attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fi Stat Membru ospitanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu li jkun kiseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 4(1) fi Stat Membru ta’ domiċilju jkollu d-dritt li jipprovdi fl-Unjoni dawk is-servizzi li jkunu koperti minn dik l-awtorizzazzjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni jew rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti skont din id-Direttiva, fosthom, meta jkun applikabbli, projbizzjoni fuq ir-riċeviment u ż-żamma ta’ fondi mingħand il-mutwatarji, li ma jkunux relatati ma’ rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni oħra tas-servizzjanti tal-kreditu, jew dawk stabbiliti għan-negozjar mill-ġdid tat-termini u l-kundizzjonijiet relatati mad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu.
|
|
Artikolu 13 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta servizzjant tal-kreditu li jkun kiseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 4(1) fi Stat Membru ta’ domiċilju jkollu l-intenzjoni li jipprovdi servizzi fi Stat Membru ospitanti, is-servizzjant tal-kreditu għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
l-Istat Membru ospitanti li fih is-servizzjant tal-kreditu jkollu l-intenzjoni jipprovdi servizzi u, meta dik l-informazzjoni tkun diġà magħrufa mis-servizzjant tal-kreditu, l-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u minn dak ta’ domiċilju;
|
|
(b)
|
jekk ikun applikabbli, l-indirizz tal-fergħa tas-servizzjant tal-kreditu stabbilita fl-Istat Membru ospitanti;
|
|
(c)
|
jekk ikun applikabbli, l-identità u l-indirizz tal-fornitur ta’ servizzi tal-kreditu fl-Istat Membru ospitanti;
|
|
(d)
|
l-identità tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni tal-forniment ta’ attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fl-Istat Membru ospitanti;
|
|
(e)
|
jekk ikun applikabbli, id-dettalji tal-miżuri meħuda biex jiġu adattati l-proċeduri interni, l-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tas-servizzjant tal-kreditu sabiex tkun żgurata l-konformità mal-liġijiet applikabbli għad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu jew għall-kuntratt ta’ kreditu nnifsu;
|
|
(f)
|
deskrizzjoni tal-proċedura stabbilita biex ikun konformi mar-regoli kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, fejn il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2015/849 tinnomina s-servizzjanti tal-kreditu bħala entitajiet marbuta b’obbligu għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(g)
|
li s-servizzjant tal-kreditu jkollu il-mezzi xierqa biex jikkomunika bil-lingwa tal-Istat Membru ospitanti jew bil-lingwa tal-kuntratt ta’ kreditu;
|
|
(h)
|
jekk is-servizzjant tal-kreditu jkunx awtorizzat fl-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu biex jirċievi u jżomm fondi mingħand il-mutwatarji.
|
|
|
Artikolu 13 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom, fi żmien 45 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tagħhom għandhom jirrikonoxxu mingħajr dewmien li jkunu rċevewha. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom imbagħad jgħarrfu lis-servizzjant tal-kreditu bid-data li fiha l-informazzjoni tkun ġiet ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u d-data li fiha dawk l-awtoritajiet kompetenti jikkonfermaw li jkunu rċevew l-informazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom ukoll jikkomunikaw l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u minn dak ta’ domiċilju.
|
|
Artikolu 13 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu jkollu d-dritt li jappella quddiem tribunal meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jonqsu milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 13 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu jkun jista’ jibda jipprovdi servizzi tal-Istat Membru ospitanti mill-iktar xenarju bikri fost dawn li ġejjin:
|
(a)
|
riċevuta tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li tirrikonoxxi r-riċevuta tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;
|
|
(b)
|
fin-nuqqas ta’ xi riċevuta tal-komunikazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, wara li jiskorru xahrejn mid-data tas-sottomissjoni tal-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
|
|
|
Artikolu 13 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju bi kwalunkwe bidla sussegwenti fl-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata skont il-paragrafu 2. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 u 5.
|
|
Artikolu 13 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jirreġistraw fil-lista jew fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 9 s-servizzjanti tal-kreditu li huma awtorizzati jipprovdu attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fit-territorju tagħhom u d-dettalji tal-Istat Membru ta’ domiċilju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|