1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu li jkun kiseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 4(1) fi Stat Membru ta’ domiċilju jkollu d-dritt li jipprovdi fl-Unjoni dawk is-servizzi li jkunu koperti minn dik l-awtorizzazzjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni jew rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti skont din id-Direttiva, fosthom, meta jkun applikabbli, projbizzjoni fuq ir-riċeviment u ż-żamma ta’ fondi mingħand il-mutwatarji, li ma jkunux relatati ma’ rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni oħra tas-servizzjanti tal-kreditu, jew dawk stabbiliti għan-negozjar mill-ġdid tat-termini u l-kundizzjonijiet relatati mad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu.