1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni ta’ kreditu tipprovdi lil xerrej prospettiv tal-kreditu bl-informazzjoni neċessarja dwar id-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, u, jekk applikabbli, il-kollateral, sabiex ix-xerrej prospettiv tal-kreditu jkun jista’ jwettaq il-valutazzjoni tiegħu stess tal-valur tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, u l-probabbiltà ta’ rkupru tal-valur ta’ dak il-kuntratt qabel ma jidħol f’kuntratt għat-trasferiment tad-drittijiet ta’ dak il-kreditur skont il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-informazzjoni magħmula disponibbli mill-istituzzjoni ta’ kreditu u tal-kunfidenzjalità tad-data kummerċjali.