+Artikolu 15 Dritt għall-informazzjoni rigward id-drittijiet tal-kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
|
Artikolu 15 Dritt għall-informazzjoni rigward id-drittijiet tal-kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni ta’ kreditu tipprovdi lil xerrej prospettiv tal-kreditu bl-informazzjoni neċessarja dwar id-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, u, jekk applikabbli, il-kollateral, sabiex ix-xerrej prospettiv tal-kreditu jkun jista’ jwettaq il-valutazzjoni tiegħu stess tal-valur tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, u l-probabbiltà ta’ rkupru tal-valur ta’ dak il-kuntratt qabel ma jidħol f’kuntratt għat-trasferiment tad-drittijiet ta’ dak il-kreditur skont il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-informazzjoni magħmula disponibbli mill-istituzzjoni ta’ kreditu u tal-kunfidenzjalità tad-data kummerċjali.
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Fuq bażi biannwali, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jittrasferixxu lil xerrej tal-kreditu drittijiet tal-kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura skont l-Artikolu 21(3) ta’ din id-Direttiva, u lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), tal-anqas b’dan li ġej:
|
(a)
|
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tax-xerrej tal-kreditu jew, fejn applikabbli, tar-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, jew meta tali identifikatur ma jkunx jeżisti:
|
(i)
|
l-identità tax-xerrej tal-kreditu jew tal-membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv tax-xerrej tal-kreditu u l-persuni li għandhom parteċipazzjoni kwalifikanti fix-xerrej tal-kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), punt (36), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
|
|
(ii)
|
l-indirizz tax-xerrej tal-kreditu jew, fejn applikabbli, tar-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19;
|
|
|
(b)
|
il-bilanċ pendenti aggregat tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratti ta’ kreditu improduttiv jew tal-kuntratti ta’ kreditu improduttiv ittrasferiti,
|
|
(c)
|
l-għadd u d-daqs tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratti ta’ kreditu improduttivi jew tal-kuntratti ta’ kreditu improduttivi ttrasferiti, u;
|
|
(d)
|
jekk it-trasferiment jinkludix id-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratti ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratti ta’ kreditu improduttiv innifishom, konklużi mal-konsumaturi u t-tipi ta’ assi li jiggarantixxu l-kuntratti ta’ kreditu improduttivi, meta applikabbli.
|
|
|
Artikolu 15 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdu l-informazzjoni msemmija f’dak il-paragrafu fuq bażi trimestrali kull meta jqisu li jkun meħtieġ, inkluż sabiex jimmonitorjaw aħjar l-għadd kbir ta’ trasferimenti li jistgħu jseħħu matul perjodu ta’ kriżi.
|
|
Artikolu 15 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkomunikaw mingħajr dewmien l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, u kwalunkwe informazzjoni oħra li huma jistgħu jqisu bħala meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet u l-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tax-xerrej tal-kreditu.
|
|
Artikolu 15 5
|
5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu applikati f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|