1. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi li jimplimentaw standards tekniċi li jispeċifikaw il-mudelli li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1), sabiex jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-iskoperturi ta’ kreditu tagħhom fil-portafoll bankarju lix-xerrejja tal-kreditu għall-analiżi, għad-diliġenza finanzjarja dovuta u għall-valwazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu.