+Artikolu 16 Implimentazzjoni ta’ standards tekniċi għall-mudelli tad-data
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6
---+Artikolu 16 7
---+Artikolu 16 8

Artikolu 16 Implimentazzjoni ta’ standards tekniċi għall-mudelli tad-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi li jimplimentaw standards tekniċi li jispeċifikaw il-mudelli li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1), sabiex jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-iskoperturi ta’ kreditu tagħhom fil-portafoll bankarju lix-xerrejja tal-kreditu għall-analiżi, għad-diliġenza finanzjarja dovuta u għall-valwazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu.

Artikolu 16 2

2.   L-EBA għandha tispeċifika, fl-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kampijiet tad-data, inkluż liema kampijiet tad-data huma obbligatorji, u t-trattament tad-data għal informazzjoni kunfidenzjali kif stabbilit fl-Artikolu 15(1).

Artikolu 16 3

3.   L-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandu jkun proporzjonat man-natura u d-daqs tal-krediti u l-portafolli tal- kreditu.

Artikolu 16 4

4.   Meta tkun qed tħejji l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tqis dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-prattiki tas-suq eżistenti fil-kondiviżjoni tad-data bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa;

(b)

il-feedback mingħand l-utenti tal-esperjenza tagħhom fl-użu tal-mudelli eżistenti ta’ tranżazzjonijiet ta’ self improduttiv tal-EBA;

(c)

rekwiżiti simili eżistenti fil-livell tal-Istati Membri;

(d)

l-importanza li jiġu minimizzati l-ispejjeż tal-ipproċessar għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u x-xerrejja tal-kreditu.

Artikolu 16 5

5.   L-EBA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Settembru 2022.

Artikolu 16 6

6.   Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 16 7

7.   Il-mudelli tad-data għandhom jintużaw għal tranżazzjonijiet relatati ma’ krediti maħruġa fl-1 ta’ Lulju 2018 jew wara, li jsiru improduttivi wara t-28 ta’ Diċembru 2021. Għal krediti li joriġinaw bejn l-1 ta’ Lulju 2018 u d-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimlew il-mudell tad-data bl-informazzjoni diġà disponibbli għalihom.

Artikolu 16 8

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu japplikaw ukoll l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 għat-trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, lil istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn. Il-mudelli tad-data għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-għoti ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’każijiet fejn ikun hemm biss trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.