8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu japplikaw ukoll l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 għat-trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, lil istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn. Il-mudelli tad-data għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-għoti ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’każijiet fejn ikun hemm biss trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu.