2. Meta x-xerrej tal-kreditu jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19 jaħtar entità għajr dik notifikata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu dwar dan mill-inqas fid-data ta’ dik il-bidla u għandu jindika l-identità u l-indirizz tal-entità l-ġdida li jkun qabbad biex twettaq attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fir-rigward tad-drittijiet tal-kreditur ittrasferiti skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu.