+Artikolu 18 Użu ta’ servizzjanti tal-kreditu jew entitajiet oħrajn
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
|
Artikolu 18 Użu ta’ servizzjanti tal-kreditu jew entitajiet oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1
|
1. Meta x-xerrej tal-kreditu jew, fejn ikun applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19 jaħtar entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew servizzjant tal-kreditu, biex iwettqu attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fir-rigward tad-drittijiet tal-kreditur ittrasferiti skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li x-xerrej tal-kreditu jew ir-rappreżentant tiegħu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu dwar l-identità u l-indirizz tal-entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew tas-servizzjant tal-kreditu, mhux aktar tard mid-data li fiha jibdew l-attivitajiet tas-servizzjar tal-kreditu.
|
|
Artikolu 18 2
|
2. Meta x-xerrej tal-kreditu jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19 jaħtar entità għajr dik notifikata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu dwar dan mill-inqas fid-data ta’ dik il-bidla u għandu jindika l-identità u l-indirizz tal-entità l-ġdida li jkun qabbad biex twettaq attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fir-rigward tad-drittijiet tal-kreditur ittrasferiti skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu.
|
|
Artikolu 18 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tax-xerrej tal-kreditu jgħaddu mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun ingħata l-kreditu, u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tas-servizzjant tal-kreditu l-ġdid, l-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafi 1 u 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|