+Artikolu 22 Ir-rwol superviżorju u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3
---+Artikolu 22 4
---+Artikolu 22 5
---+Artikolu 22 6
---+Artikolu 22 7
|
Artikolu 22 Ir-rwol superviżorju u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju maħtur skont l-Artikolu 21(3) jingħataw is-setgħat superviżorji, investigattivi u ta’ sanzjoni kollha meħtieġa għall-eżerċitar tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż tal-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
is-setgħa li jagħtu jew jirrifjutaw awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 5 u 6;
|
|
(b)
|
is-setgħa li jirtiraw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 8;
|
|
(c)
|
is-setgħa li jipprojbixxu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu;
|
|
(d)
|
is-setgħa li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post u mhux fuq il-post;
|
|
(e)
|
is-setgħa li jimponu penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 23;
|
|
(f)
|
is-setgħa li jirrieżaminaw ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni konklużi bejn is-servizzjanti tal-kreditu u l-fornituri tas-servizzi tal-kreditu skont l-Artikolu 12(1);
|
|
(g)
|
is-setgħa li jirrikjedu lis-servizzjanti tal-kreditu jneħħu membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv tagħhom meta jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), punt (b);
|
|
(h)
|
is-setgħa li jirrikjedu lis-servizzjanti tal-kreditu jimmodifikaw jew jaġġornaw l-arranġamenti ta’ governanza interna u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħhom sabiex jiżguraw b’mod effettiv ir-rispett għad-drittijiet tal-mutwatarji skont il-liġijiet li jirregolaw il-kuntratt ta’ kreditu;
|
|
(i)
|
is-setgħa li jirrikjedu lis-servizzjanti tal-kreditu jimmodifikaw jew jaġġornaw il-politiki tagħhom biex jiżguraw it-trattament ġust u diliġenti tal-mutwatarji, u r-reġistrazzjoni u t-trattament tal-ilmenti mill-mutwatarji;
|
|
(j)
|
is-setgħa li jitolbu iktar informazzjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur skont il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu.
|
|
|
Artikolu 22 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura skont l-Artikolu 21(3) u tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u dak ta’ domiċilju, jingħataw is-setgħat kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom stabbiliti f’din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 22 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jivvalutaw, billi japplikaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju, l-implimentazzjoni mis-servizzjant tal-kreditu tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), punti (e) sa (h).
|
|
Artikolu 22 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-firxa tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, wara li jqisu d-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tas-servizzjant tal-kreditu inkwistjoni.
|
|
Artikolu 22 5
|
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u dak ta’ domiċilju, bir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 fuq talba ta’ waħda minn dawk l-awtoritajiet kompetenti, jew meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jqisu li dan ikun xieraq. Id-dettalji dwar kwalunkwe penali amministrattiva jew miżura ta’ rimedju imposta għandhom dejjem jiġu trażmessi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u, meta jkun xieraq, tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u dak ta’ domiċilju.
|
|
Artikolu 22 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jwettqu l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u ta’ dak ospitanti, u tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u dak ta’ domiċilju, jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti rispettivi tagħhom stipulati f’din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 22 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jkunu jistgħu jirrikjedu lil servizzjant tal-kreditu, fornitur tas-servizzi tal-kreditu jew xerrej tal-kreditu jew ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19 li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jieħu, fi stadju bikri, l-azzjonijiet jew il-passi kollha meħtieġa sabiex jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|