+Artikolu 22 1

Artikolu 22 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju maħtur skont l-Artikolu 21(3) jingħataw is-setgħat superviżorji, investigattivi u ta’ sanzjoni kollha meħtieġa għall-eżerċitar tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż tal-inqas dan li ġej:

(a)

is-setgħa li jagħtu jew jirrifjutaw awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 5 u 6;

(b)

is-setgħa li jirtiraw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 8;

(c)

is-setgħa li jipprojbixxu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu;

(d)

is-setgħa li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post u mhux fuq il-post;

(e)

is-setgħa li jimponu penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 23;

(f)

is-setgħa li jirrieżaminaw ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni konklużi bejn is-servizzjanti tal-kreditu u l-fornituri tas-servizzi tal-kreditu skont l-Artikolu 12(1);

(g)

is-setgħa li jirrikjedu lis-servizzjanti tal-kreditu jneħħu membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv tagħhom meta jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), punt (b);

(h)

is-setgħa li jirrikjedu lis-servizzjanti tal-kreditu jimmodifikaw jew jaġġornaw l-arranġamenti ta’ governanza interna u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħhom sabiex jiżguraw b’mod effettiv ir-rispett għad-drittijiet tal-mutwatarji skont il-liġijiet li jirregolaw il-kuntratt ta’ kreditu;

(i)

is-setgħa li jirrikjedu lis-servizzjanti tal-kreditu jimmodifikaw jew jaġġornaw il-politiki tagħhom biex jiżguraw it-trattament ġust u diliġenti tal-mutwatarji, u r-reġistrazzjoni u t-trattament tal-ilmenti mill-mutwatarji;

(j)

is-setgħa li jitolbu iktar informazzjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur skont il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.