+Artikolu 23 Penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
---+Artikolu 23 5
---+Artikolu 23 6
---+Artikolu 23 7
---+Artikolu 23 8
|
Artikolu 23 Penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu penali kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jistipulaw penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju adegwati li jkunu applikabbli mill-inqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
servizzjant tal-kreditu jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 11 jew jidħol fi ftehim ta’ esternalizzazzjoni bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 12 jew il-fornitur tas-servizz tal-kreditu li l-attivitajiet tas-servizz tal-kreditu jkunu ġew esternalizzati lilu jikkommetti ksur serju tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli, inkluż id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;
|
|
(b)
|
l-arranġamenti ta’ governanza ta’ servizzjant tal-kreditu u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern kif stabbiliti fl-Artikolu 15(1), punt (e), jonqsu milli jiżguraw ir-rispett lejn id-drittijiet tal-mutwatarji u l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali;
|
|
(c)
|
il-politika ta’ servizzjant tal-kreditu tkun inadegwata għat-trattament xieraq tal-mutwatarji kif stabbilit fl-Artikolu 5(1), punt (f);
|
|
(d)
|
il-proċeduri interni ta’ servizzjant tal-kreditu kif stabbiliti fl-Artikolu 5(1), punt (g), jonqsu milli jipprevedu għar-reġistrazzjoni u għat-trattament tal-ilmenti mill-mutwatarji skont l-obbligi stabbiliti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;
|
|
(e)
|
xerrej tal-kreditu jew, fejn ikun applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, jonqos milli jikkomunika l-informazzjoni prevista mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 18 u 20;
|
|
(f)
|
xerrej tal-kreditu jew, fejn ikun applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 17;
|
|
(g)
|
xerrej tal-kreditu jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 19;
|
|
(h)
|
istituzzjoni ta’ kreditu tonqos milli tikkomunika l-informazzjoni stabbilita fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 15;
|
|
(i)
|
servizzjant tal-kreditu jippermetti lil persuna waħda jew aktar li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), punt (b), isiru jew jibqgħu membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv tiegħu;
|
|
(j)
|
servizzjant tal-kreditu jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 24;
|
|
(k)
|
xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, servizzjanti tal-kreditu jew kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jonqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 10;
|
|
(l)
|
servizzjant tal-kreditu jirċievi u jżomm fondi mingħand il-mutwatarji meta dan ma jkunx permess fi Stat Membru skont l-Artikolu 6(1), punt (b);
|
|
(m)
|
servizzjant tal-kreditu jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6(2).
|
|
|
Artikolu 23 2
|
2. Il-penali amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u, tal-inqas, għandhom jinkludu dan li ġej:
|
(a)
|
l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni biex jitwettqu attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu;
|
|
(b)
|
ordni li tirrikjedi lis-servizzjant tal-kreditu jew lix-xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, lir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, jirrimedja l-ksur, iwaqqaf dik l-imġiba u joqgħod lura milli jirrepeti dik l-imġiba;
|
|
(c)
|
penali pekunjarji amministrattivi.
|
|
|
Artikolu 23 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju jiġu implimentati b’mod effettiv.
|
|
Artikolu 23 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip ta’ penali amministrattivi jew miżuri ta’ rimedju u l-ammont tal-penali pekunjarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti, inkluż dan li ġej:
|
(a)
|
il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
|
|
(b)
|
il-grad ta’ responsabbiltà tas-servizzjant tal-kreditu jew tax-xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, tar-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, li jkun responsabbli mill-ksur;
|
|
(c)
|
is-saħħa finanzjarja tas-servizzjant tal-kreditu jew tax-xerrej tal-kreditu responsabbli mill-ksur, inkluż b’referenza għall-fatturat totali ta’ persuna ġuridika jew għall-introjtu annwali ta’ persuna fiżika;
|
|
(d)
|
il-portata tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat kaġun tal-ksur mis-servizzjant tal-kreditu jew mix-xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, mir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, li jkun responsabbli mill-ksur, sakemm tali profitti jew telf ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
|
|
(e)
|
it-telf ikkawżat lil partijiet terzi mill-ksur, sakemm dan it-telf ikun jista’ jiġi ddeterminat;
|
|
(f)
|
il-livell ta’ kooperazzjoni mis-servizzjant tal-kreditu jew mix-xerrej tal-kreditu responsabbli mill-ksur mal-awtoritajiet kompetenti;
|
|
(g)
|
każijiet preċedenti ta’ ksur mis-servizzjant tal-kreditu jew mix-xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, mir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, li jkun responsabbli mill-ksur;
|
|
(h)
|
kwalunkwe konsegwenza sistemika reali jew potenzjali tal-ksur.
|
|
|
Artikolu 23 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu japplikaw il-penali amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 fuq il-membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv, jew fuq individwi oħrajn li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli mill-ksur.
|
|
Artikolu 23 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel ma jieħdu kwalunkwe deċiżjoni li timponi l-penali amministrattivi jew il-miżuri ta’ rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jagħtu lis-servizzjant tal-kreditu inkwistjoni, lix-xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, lir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, l-opportunità li jinstema’.
|
|
Artikolu 23 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li timponi l-penali amministrattivi jew il-miżuri ta’ rimedju kif stabbilit fil-paragrafu 2 tkun motivata kif xieraq u tkun soġġetta għad-dritt tal-appell.
|
|
Artikolu 23 8
|
8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx regoli għal penali amministrattivi għal ksur li jkun soġġett għal pieni kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|