+Artikolu 23 1
|
Artikolu 23 1
1. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu penali kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jistipulaw penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju adegwati li jkunu applikabbli mill-inqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
servizzjant tal-kreditu jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 11 jew jidħol fi ftehim ta’ esternalizzazzjoni bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 12 jew il-fornitur tas-servizz tal-kreditu li l-attivitajiet tas-servizz tal-kreditu jkunu ġew esternalizzati lilu jikkommetti ksur serju tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli, inkluż id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;
|
|
(b)
|
l-arranġamenti ta’ governanza ta’ servizzjant tal-kreditu u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern kif stabbiliti fl-Artikolu 15(1), punt (e), jonqsu milli jiżguraw ir-rispett lejn id-drittijiet tal-mutwatarji u l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali;
|
|
(c)
|
il-politika ta’ servizzjant tal-kreditu tkun inadegwata għat-trattament xieraq tal-mutwatarji kif stabbilit fl-Artikolu 5(1), punt (f);
|
|
(d)
|
il-proċeduri interni ta’ servizzjant tal-kreditu kif stabbiliti fl-Artikolu 5(1), punt (g), jonqsu milli jipprevedu għar-reġistrazzjoni u għat-trattament tal-ilmenti mill-mutwatarji skont l-obbligi stabbiliti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;
|
|
(e)
|
xerrej tal-kreditu jew, fejn ikun applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, jonqos milli jikkomunika l-informazzjoni prevista mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 18 u 20;
|
|
(f)
|
xerrej tal-kreditu jew, fejn ikun applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 17;
|
|
(g)
|
xerrej tal-kreditu jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 19;
|
|
(h)
|
istituzzjoni ta’ kreditu tonqos milli tikkomunika l-informazzjoni stabbilita fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 15;
|
|
(i)
|
servizzjant tal-kreditu jippermetti lil persuna waħda jew aktar li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), punt (b), isiru jew jibqgħu membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv tiegħu;
|
|
(j)
|
servizzjant tal-kreditu jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 24;
|
|
(k)
|
xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, servizzjanti tal-kreditu jew kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jonqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 10;
|
|
(l)
|
servizzjant tal-kreditu jirċievi u jżomm fondi mingħand il-mutwatarji meta dan ma jkunx permess fi Stat Membru skont l-Artikolu 6(1), punt (b);
|
|
(m)
|
servizzjant tal-kreditu jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6(2).
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|