+Artikolu 26 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
---+Artikolu 26 5
---+Artikolu 26 6

Artikolu 26 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 8, 13, 14, 15, 18, 20 u 22 jikkooperaw ma’ xulxin kull meta dan ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom jew għall-eżerċitar tas-setgħat tagħhom skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom sabiex jevitaw duplikazzjoni u trikkib possibbli meta japplikaw setgħat superviżorji u penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju f’każijiet transfruntiera.

Artikolu 26 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, fuq talba u mingħajr dewmien mhux meħtieġ, jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-fini tat-twettiq tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Artikolu 26 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali fl-eżerċitar tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva jużaw dik l-informazzjoni biss matul il-qadi tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun soġġett għall-obbligu tas-segretezza professjonali msemmi fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24).

Artikolu 26 4

4.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-persuni kollha li jaħdmu, jew li jkunu ħadmu, għall-awtoritajiet kompetenti u l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, jkunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

Artikolu 26 5

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 26 6

6.   L-EBA għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u tippromwovi l-kooperazzjoni bejniethom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.