1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 8, 13, 14, 15, 18, 20 u 22 jikkooperaw ma’ xulxin kull meta dan ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom jew għall-eżerċitar tas-setgħat tagħhom skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom sabiex jevitaw duplikazzjoni u trikkib possibbli meta japplikaw setgħat superviżorji u penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju f’każijiet transfruntiera.