+Artikolu 28 Emendi għad-Direttiva 2014/17/UE
---+Artikolu 28 (1)
---+Artikolu 28 (2)
---+Artikolu 28 (3)

Artikolu 28 Emendi għad-Direttiva 2014/17/UE

Id-Direttiva 2014/17/UE hija emendata kif ġej:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 (1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 27a

Informazzjoni rigward il-modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ kreditu

Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ kreditu, il-kreditur jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-konsumatur:

(a)

deskrizzjoni ċara tal-bidliet proposti u, meta jkun applikabbli, tal-ħtieġa tal-kunsens tal-konsumatur jew tal-bidliet introdotti bl-operat tal-liġi;

(b)

l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);

(c)

il-mezzi għall-ilmenti disponibbli għall-konsumatur fir-rigward tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);

(d)

l-iskeda ta’ żmien disponibbli għat-tressiq ta’ kwalunkwe lment bħal dan;

(e)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti li lilha l-konsumatur jista’ jissottometti dak l-ilment.";

Artikolu 28 (2)

l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kredituri jkollhom politiki u proċeduri adegwati sabiex jagħmlu sforzi biex, meta jkun xieraq, jeżerċitaw tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti ta’ preklużjoni. Tali miżuri ta’ tolleranza għandhom iqisu, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u jistgħu jikkonsistu, fost possibiltajiet oħra, f’dan li ġej:

(a)

rifinanzjament totali jew parzjali ta’ kuntratt ta’ kreditu;

(b)

modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ kuntratt ta’ kreditu, li jistgħu jinkludu, fost affarijiet oħrajn:

(i)

estensjoni tat-terminu tal-kuntratt ta’ kreditu;

(ii)

tibdil tat-tip ta’ kuntratt ta’ kreditu;

(iii)

differiment tal-pagament tar-ripagament kollu jew ta’ parti minnu għal perjodu;

(iv)

tibdil tar-rata tal-imgħax;

(v)

offerta ta’ moratorju fuq il-pagamenti;

(vi)

ripagamenti parzjali;

(vii)

kambji tal-munita;

(viii)

kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn.";

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-lista ta’ miżuri ta’ tolleranza potenzjali stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fil-liġi nazzjonali u ma tirrikjedix li l-Istati Membri jipprevedu dawk il-miżuri kollha fil-liġi nazzjonali tagħhom.";

Artikolu 28 (3)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 28a

Ċessjoni tad-drittijiet tal-kreditur jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu

1.   Meta d-drittijiet tal-kreditur skont kuntratt ta’ kreditu, jew il-kuntratt ta’ kreditu nnifsu jiġu ċeduti lil parti terza, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jeċċepixxi kontra ċ-ċessjonarju kwalunkwe difiża li kienet disponibbli għall-konsumatur kontra l-kreditur oriġinali, inkluża tpaċija meta din tal-aħħar tkun permessa fl-Istat Membru inkwistjoni.

2.   Il-konsumatur għandu jkun infurmat dwar ċessjoni msemmija fil-paragrafu 1, ħlief meta l-kreditur oriġinali, bi qbil maċ-ċessjonarju, ikompli jwettaq servizzjar tal-kreditu vis-à-vis il-konsumatur.".

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.