+KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Bejgħ ta’ titolizzazzjonijiet lil klijenti mhux professjonali
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 4 Rekwiżiti għall-SSPEs
|
KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni jew skema, li biha riskju ta’ kreditu assoċjat mal-iskopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi tkun segmentata, u jkollha karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)
il-pagamenti fit-tranżazzjoni jew l-iskema jkunu dipendenti fuq il-prestazzjoni tal-iskopertura jew tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi;
(b)
is-subordinazzjoni tas-segmenti tiddetermina d-distribuzzjoni tat-telf matul il-ħajja kurrenti tat-tranżazzjoni jew skema;
(c)
it-tranżazzjoni jew l-iskema ma toħloqx skoperturi li għandhom il-karatteristiċi kollha elenkati fl-Artikolu 147(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
(2)
“entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni” jew “SSPE” tfisser korporazzjoni, fiduċjarja jew entità oħra, għajr oriġinatur jew sponsor, stabbilita għall-fini ta’ twettiq ta’ titolizzazzjoni waħda jew iktar, li l-attivitajiet tagħha huma limitati għal dawk xierqa sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, bi struttura li hija maħsuba sabiex tiżola l-obbligazzjonijiet tal-SSPE minn dawk tal-oriġinatur;
(3)
“oriġinatur” tfisser entità li:
(a)
hi stess jew permezz ta’ entitajiet relatati, b’mod dirett jew indirett, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali tad-debitur jew id-debitur potenzjali li wasslu għat-titolizzazzjoni tal-iskoperturi; jew
(b)
tixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tagħha stess u mbagħad tittitolizzahom;
(4)
“rititolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni li biha tal-inqas waħda mill-iskoperturi sottostanti tkun pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
(5)
“sponsor” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu, sew jekk lokalizzata fl-Unjoni u sew jekk le, kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE għajr oriġinatur, li:
(a)
tistabbilixxi u tamministra programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew titolizzazzjoni oħra li tixtri skoperturi mingħand entitajiet terzi, jew
(b)
tistabbilixxi programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew titolizzazzjoni oħra li tixtri skoperturi mingħand entitajiet terzi u tiddelega l-immaniġġar ta’ kuljum ta’ portafoll attiv involut f’dik it-titolizzazzjoni lil entità awtorizzata biex twettaq tali attività f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2011/61/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;
(6)
“segment” tfisser segment, stabbilit b’kuntratt, tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi, fejn pożizzjoni fis-segment tinvolvi riskju ta’ telf ta’ kreditu ikbar jew inqas minn pożizzjoni tal-istess ammont f’segment ieħor, bla ma titqies il-protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn partijiet terzi direttament lid-detenturi tal-pożizzjonijiet fis-segment jew f’segmenti oħrajn;
(7)
“programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “programm ABCP” (asset-backed commercial paper) tfisser programm ta’ titolizzazzjonijiet, li t-titoli maħruġa minnu fil-biċċa l-kbira jieħdu l-forma ta’ karti kummerċjali garantita b’assi b’maturità oriġinali ta’ sena jew inqas;
(8)
“tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “tranżazzjoni ABCP” tfisser titolizzazzjoni fi ħdan programm ABCP;
(9)
“titolizzazzjoni tradizzjonali” tfisser titolizzazzjoni li tinvolvi t-trasferiment tal-interess ekonomiku fl-iskoperturi li qed jiġu titolizzati permezz tat-trasferiment tas-sjieda ta’ dawk l-iskoperturi mill-oriġinatur lil SSPE jew permezz ta’ sottoparteċipazzjoni minn SSPE, fejn it-titoli maħruġa ma jirrappreżentawx obbligi ta’ ħlas tal-oriġinatur;
(10)
“titolizzazzjoni sintetika” tfisser titolizzazzjoni li biha t-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta’ derivattivi tal-kreditu jew garanziji, u l-iskoperturi li jiġu titolizzati jibqgħu skoperturi tal-oriġinatur;
(11)
“investitur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika detentriċi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
(12)
“investitur istituzzjonali” tfisser investitur li huwa wieħed mis-segwenti:
(a)
impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(b)
impriża tar-riassigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(c)
istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
) skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva sħiħa jew partijiet minnha għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva; jew maniġer tal-investiment jew entità awtorizzata maħtura minn istituzzjoni għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali, skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;
(d)
maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li jimmaniġġa u/jew iqiegħed fis-swieq fondi ta’ investiment alternattiv fl-Unjoni;
(e)
impriża għall-investiment kollettiv f’kumpannija ta’ mmaniġġar ta’ titoli trasferibbli (UCITS) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(f)
UCITS immaniġġjata internament, li hija kumpannija tal-investiment awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE u li ma għażlitx kumpannija ta’ mmaniġġar awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-immaniġġar tagħha;
(g)
istituzzjoni ta’ kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament jew għad-ditti tal-investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament;
(13)
“ġestur” tfisser entità li timmaniġġa aggregazzjoni ta’ riċevibbli mixtrija jew l-iskoperturi għall-kreditu sottostanti ta’ kuljum;
(14)
“faċilità ta’ likwidità” tfisser il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn ftehim kuntrattwali sabiex jiġi pprovdut finanzjament li jiżgura l-prontezza tal-flussi tal-flus lill-investituri;
(15)
“skopertura ċirkolanti” tfisser skopertura fejn il-bilanċi pendenti tal-‘mutwatarji’ jitħallew ivarjaw skont id-deċiżjonijiet tagħhom ta’ teħid ta’ self u ripagament, sa limitu miftiehem;
(16)
“titolizzazzjoni ċirkolanti” tfisser titolizzazzjoni fejn l-istruttura nnifisha tat-titolizzazzjoni tkun ċirkolanti billi l-iskoperturi jiżdiedu jew jitneħħew mill-aggregazzjoni ta’ skoperturi irrispettivament milli jekk l-iskoperturi humiex ċirkolanti jew le;
(17)
“klawżola ta’ ammortizzament antiċipat” tfisser klawżola ta’ kuntratt f’titolizzazzjoni ta’ skoperturi ċirkolanti jew titolizzazzjoni ċirkolanti li teħtieġ, meta jseħħu avvenimenti definiti, li l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tal-investituri jinfdew qabel il-maturità stipulata oriġinarjament ta’ dawk il-pożizzjonijiet;
(18)
“segment tal-ewwel telf” tfisser is-segment l-aktar subordinat f’titolizzazzjoni li jkun l-ewwel segment li jġorr it-telf imġarrab fuq l-iskoperturi titolizzati u li b’hekk jipprovdi protezzjoni għat-tieni telf u, fejn rilevanti, segmenti kklassifikati ogħla.
(19)
“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni” tfisser skopertura għal titolizzazzjoni;
(20)
“mutwant oriġinali” tfisser entità li kkonkludiet hi stess jew permezz ta’ entitajiet relatati, b’mod dirett jew indirett, il-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali tad-debitur jew id-debitur potenzjali li wasslu għat-titolizzazzjoni tal-iskoperturi;
(21)
“programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ” tfisser programm ABCP li huwa appoġġat direttament u bis-sħiħ mill-isponsor tiegħu billi dan jipprovdi lill-SSPE(s) faċilità waħda jew aktar ta’ likwidità li tal-inqas tkopri dawn li ġejjin kollha:
(a)
ir-riskji kollha tal-likwidità u ta’ kreditu tal-programm ABCP;
(b)
kwalunkwe riskju ta’ dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi li qed jiġu titolizzati;
(c)
kwalunkwe spejjeż oħra fil-livell ta’ tranżazzjoni ABCP u fil-livell ta’ programm ABCP jekk neċessarji sabiex ikun garantit lill-investitur il-ħlas sħiħ ta’ kwalunkwe ammont skont l-ABCP.
(22)
“tranżazzjoni ABCP appoġġata b’mod sħiħ” tfisser tranżazzjoni ABCP appoġġata b’faċilità ta’ likwidità, fil-livell tat-tranżazzjoni jew fil-livell tal-programm ABCP, li tkopri tal-inqas dawn kollha li ġejjin:
(a)
ir-riskji kollha tal-likwidità u ta’ kreditu tat-tranżazzjoni ABCP;
(b)
kwalunkwe riskju ta’ dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi li jkunu qed jiġu titolizzati fit-tranżazzjoni ABCP;
(c)
kwalunkwe spejjeż oħra fil-livell ta’ tranżazzjoni ABCP u spejjeż fil-livell tal-programm ABCP jekk neċessarji sabiex ikun garantit lill-investitur il-ħlas sħiħ ta’ kwalunkwe ammont skont l-ABCP.
(23)
“repożitorju tat-titolizzazzjoni” tfisser persuna ġuridika li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tat-titolizzazzjonijiet.
Għall-fini tal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi fl-Artikoli 61, 64, 65, 66, 73, 78, 79 u 80 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal “repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet” għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal “repożitorju tat-titolizzazzjoni”;
▼M1
(24)
“skopertura improduttiva” jew “NPE” tifisser skopertura li tissodisfa kwalunkwe mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(25)
"titolizzazzjoni NPE" tfisser titolizzazzjoni appoġġata minn aggregazzjoni ta' skoperturi improduttivi li l-valur nominali tagħhom jammonta għal mhux inqas minn 90 % tal-valur nominali tal-aggregazzjoni sħiħa fil-ħin tal-oriġinazzjoni u fi kwalunkwe mument sussegwenti li fih issir żieda mal-assi jew li fih jitneħħew assi mill-aggregazzjoni sottostanti minħabba riforniment, ristrutturar jew għal kwalunkwe raġuni oħra;
(26)
"ftehim ta' protezzjoni ta' kreditu" tfisser ftehim konkluż bejn l-oriġinatur u l-investitur biex jiġi ttrasferit ir-riskju ta' kreditu ta' skoperturi titolizzati mill-oriġinatur għall-investitur permezz ta' derivattivi ta' kreditu jew garanziji, fejn l-oriġinatur jimpenja ruħu li jħallas ammont, magħruf bħala primjum għall-protezzjoni ta' kreditu, lill-investitur u l-investitur jimpenja ruħu li jħallas ammont, magħruf bħala pagament ta' protezzjoni ta' kreditu, lill-oriġinatur f'każ li jseħħ wieħed mill-avvenimenti ta' kreditu definiti b'mod kuntrattwali;
(27)
"primjum tal-protezzjoni ta' kreditu" tfisser l-ammont li l-oriġinatur impenja ruħu li jħallas lill-investitur skont il-ftehim ta' protezzjoni ta' kreditu għall-protezzjoni ta' kreditu mwiegħda mill-investitur;
(28)
"pagament ta' protezzjoni ta' kreditu" tfisser l-ammont li l-investitur impenja ruħu li jħallas lill-oriġinatur skont il-ftehim ta' protezzjoni ta' kreditu f'każ li jseħħ avveniment ta' kreditu definit b’mod kuntrattwali fil-ftehim ta' protezzjoni ta' kreditu;
(29)
"marġni pożittiv sintetiku" tfisser l-ammont li, skont id-dokumentazzjoni ta' titolizzazzjoni sintetika, ikun kuntrattwalment allokat mill-oriġinatur biex jassorbi telf tal-iskoperturi titolizzati li jista' jseħħ qabel id-data tal-maturità tat-tranżazzjoni;
(30)
"fatturi ta' sostenibbiltà" tfisser fatturi ta' sostenibbiltà kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
(31)
"skont li ma jitħallasx lura fil-prezz tax-xiri" tfisser id-differenza bejn il-bilanċ pendenti tal-iskoperturi fl-aggregazzjoni sottostanti u l-prezz li bih dawk l-iskoperturi jinbiegħu mill-oriġinatur lill-SSPE, fejn la l-oriġinatur u lanqas il-mutwant oriġinali ma jiġu rimborżati għal dik id-differenza.
▼B
|
|
Artikolu 3 Bejgħ ta’ titolizzazzjonijiet lil klijenti mhux professjonali
|
Bejgħ ta’ titolizzazzjonijiet lil klijenti mhux professjonali
|
|
Artikolu 4 Rekwiżiti għall-SSPEs
|
Artikolu 4 Rekwiżiti għall-SSPEs L-SSPEs ma għandhomx ikunu stabbiliti f’pajjiż terz li għalih tapplika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
▼M1
(a)
il-pajjiż terz huwa elenkat bħala pajjiż terz b'riskju għoli li għandu defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tiegħu kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
);
▼M1
(aa)
il-pajjiż terz huwa elenkat fl-Anness I tal-lista tal-UE tal-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa;
▼B
(b)
il-pajjiż terz ma jkunx iffirma ftehim ma’ Stat Membru biex jiżgura li dak il-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni tat-Taxxa tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar id-Dħul u l-Kapital jew mill-Ftehim Mudell tal-OECD dwar l-Iskambju tal-Informazzjoni dwar Materji ta’ Taxxa, u jiżgura li jkun hemm skambju effettiv ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, inkluż kwalunkwe ftehim multilaterali dwar it-taxxa;
▼M1
(c)
jiżdied il-paragrafu li ġej:
Għal SSPE stabbilita, wara d-9 ta’ April 2021, f’ġurisdizzjoni msemmija fl-Anness II minħabba t-tħaddim ta’ reġim tat-taxxa dannuż, l-investitur għandu jinnotifika l-investiment f’titoli maħruġa minn dik l-SSPE lill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti tal-Istat Membru li fih l-investitur ikun residenti għal finijiet ta’ taxxa.
▼B
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|