|
+Artikolu 4 Rekwiżiti għall-SSPEs |
Artikolu 4 Rekwiżiti għall-SSPEsArtikolu 4 Rekwiżiti għall-SSPEs L-SSPEs ma għandhomx ikunu stabbiliti f’pajjiż terz li għalih tapplika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
il-pajjiż terz huwa elenkat bħala pajjiż terz b'riskju għoli li għandu defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tiegħu kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(aa)
il-pajjiż terz huwa elenkat fl-Anness I tal-lista tal-UE tal-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa;
(b)
il-pajjiż terz ma jkunx iffirma ftehim ma’ Stat Membru biex jiżgura li dak il-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni tat-Taxxa tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar id-Dħul u l-Kapital jew mill-Ftehim Mudell tal-OECD dwar l-Iskambju tal-Informazzjoni dwar Materji ta’ Taxxa, u jiżgura li jkun hemm skambju effettiv ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, inkluż kwalunkwe ftehim multilaterali dwar it-taxxa;
(c)
jiżdied il-paragrafu li ġej: Għal SSPE stabbilita, wara d-9 ta’ April 2021, f’ġurisdizzjoni msemmija fl-Anness II minħabba t-tħaddim ta’ reġim tat-taxxa dannuż, l-investitur għandu jinnotifika l-investiment f’titoli maħruġa minn dik l-SSPE lill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti tal-Istat Membru li fih l-investitur ikun residenti għal finijiet ta’ taxxa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|