|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Qabel ma jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, għandu jivverifika li:
(a)
meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali stabbilit fl-Unjoni ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jagħti l-krediti kollha tiegħu li jwasslu għall-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emenda, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawk il-kriterji u l-proċessi f’konformità mal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament;
(b)
meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jkun stabbilit f’pajjiż terz, l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jagħti l-krediti kollha li jwasslu għall-iskoperturi sottostanti abbażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawk il-kriterji u l-proċessi biex jiżgura li l-għoti ta’ kreditu huwa bbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tad-debitur;
(c)
jekk ikun stabbilit fl-Unjoni, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett f’konformità mal-Artikolu 6 u r-retenzjoni tar-riskju tiġi żvelata lill-investitur istituzzjonali f’konformità mal-Artikolu 7;
(d)
jekk ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett li, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun inqas minn 5 %, iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 6, u jiżvela r-retenzjoni tar-riskju lill-investituri istituzzjonali;
(e)
l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE, fejn xieraq, għamel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7 f’konformità mal-frekwenza u l-modalitajiet previsti f’dak l-Artikolu;
(f)
fil-każ ta' skoperturi improduttivi, jiġu applikati standards solidi fl-għażla u l-ipprezzar tal-iskoperturi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|