+Artikolu 5 Rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta għall-investituri istituzzjonali
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 Rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta għall-investituri istituzzjonali
Rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta għall-investituri istituzzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Qabel ma jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, għandu jivverifika li:
(a)
meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali stabbilit fl-Unjoni ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jagħti l-krediti kollha tiegħu li jwasslu għall-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emenda, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawk il-kriterji u l-proċessi f’konformità mal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament;
(b)
meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jkun stabbilit f’pajjiż terz, l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jagħti l-krediti kollha li jwasslu għall-iskoperturi sottostanti abbażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawk il-kriterji u l-proċessi biex jiżgura li l-għoti ta’ kreditu huwa bbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tad-debitur;
(c)
jekk ikun stabbilit fl-Unjoni, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett f’konformità mal-Artikolu 6 u r-retenzjoni tar-riskju tiġi żvelata lill-investitur istituzzjonali f’konformità mal-Artikolu 7;
(d)
jekk ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett li, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun inqas minn 5 %, iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 6, u jiżvela r-retenzjoni tar-riskju lill-investituri istituzzjonali;
(e)
l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE, fejn xieraq, għamel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7 f’konformità mal-frekwenza u l-modalitajiet previsti f’dak l-Artikolu;
▼M1
(f)
fil-każ ta' skoperturi improduttivi, jiġu applikati standards solidi fl-għażla u l-ipprezzar tal-iskoperturi.
▼B
|
|
Artikolu 5 2.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ABCP appoġġati b’mod sħiħ, ir-rekwiżit speċifikat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika għall-isponsor. F’każijiet bħal dawn, l-isponsor għandu jivverifika li l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali li ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment jagħti l-krediti kollha li jwasslu għall-ħolqien tal-iskoperturi sottostanti abbażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u jkollu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplikaw dawk il-kriterji u l-proċessi skont l-Artikolu 9(1).
|
|
Artikolu 5 3.
|
Qabel ma jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, għandu jwettaq stima tad-diliġenza dovuta li tippermettilu li jivvaluta r-riskji involuti. Din l-istima għandha tinkludi, minn tal-anqas, dawn kollha li ġejjin:
(a)
il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni individwali u tal-iskoperturi sottostanti;
(b)
il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jistgħu jħallu impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, inkluż il-prijoritajiet kuntrattwali tal-pagament u l-prijorità tal-ixkattaturi marbutin mal-pagament, it-titjibiet tal-kreditu, it-titjibiet tal-likwidità, l-ixkattaturi tal-valur tas-suq, u d-definizzjonijiet speċifiċi għat-tranżazzjoni tal-inadempjenza;
(c)
fir-rigward ta’ titolizzazzjoni notifikata bħala STS f’konformità mal-Artikolu 27, il-konformità ta’ dik it-titolizzazzjoni mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26, u l-Artikolu 27. L-investituri istituzzjonali jistgħu jafdaw sa ċertu punt fuq in-notifika STS skont l-Artikolu 27(1) u l-informazzjoni żvelata mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE dwar il-konformità mar-rekwiżiti STS, mingħajr ma jafdaw unikament jew mekkanikament dik in-notifika jew l-informazzjoni.
Minkejja l-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, fil-każ ta’ programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, l-investituri istituzzjonali fil-karta kummerċjali maħruġa minn dak il-programm ABCP għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi tal-programm ABCP u l-appoġġ sħiħ tal-likwidità.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, li jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, għandu tal-inqas:
(a)
jistabbilixxi proċeduri bil-miktub xierqa li huma proporzjonati għall-profil tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u, fejn rilevanti, għall-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar tal-investituri istituzzjonali, sabiex isir monitoraġġ, fuq bażi kontinwa, tal-konformità mal-paragrafi 1 u 3 u l-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u tal-iskoperturi sottostanti.
Fejn rilevanti fir-rigward tat-titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti, dawk il-proċeduri bil-miktub għandhom jinkludu monitoraġġ tat-tip ta’ skopertura, il-perċentwal ta’ self skaduti b’iktar minn 30, 60 u 90 jum, ir-rati ta’ inadempjenza, ir-rati ta’ prepagament, is-self fi preklużjoni, ir-rati ta’ rkupru, ir-riakkwisti, il-modifiki tas-self, il-pawżi mill-pagamenti, it-tip ta’ kollateral u l-okkupanza, u d-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-punteġġi tal-kreditu jew miżuri oħrajn tal-affidabbiltà kreditizja bejn skoperturi sottostanti, l-industrija u d-diversifikazzjoni ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-proporzjonijiet bejn is-self u l-valur b’firxiet li jiffaċilitaw analiżi adegwata tas-sensittività. Meta l-iskoperturi sottostanti huma stess ikunu pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif permess skont l-Artikolu 8, l-investituri istituzzjonali għandhom jissorveljaw ukoll l-iskoperturi sottostanti għal dawk il-pożizzjonijiet;
(b)
f’każ ta’ titolizzazzjoni għajr programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, jagħmel b’mod regolari testijiet tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jappoġġaw l-iskoperturi sottostanti, jew, fin-nuqqas ta’ data suffiċjenti dwar il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral, testijiet tal-istress fuq suppożizzjonijiet ta’ telf, b’kunsiderazzjoni għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
(c)
fil-każ ta’ programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, iwettaq b’mod regolari testijiet tal-istress fuq is-solvenza u l-likwidità tal-isponsor;
(d)
jiżgura rapportar intern lill-korp maniġerjali tiegħu sabiex il-korp maniġerjali jkun jaf bir-riskji materjali li jirriżultaw mill-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u sabiex dawk ir-riskji jiġu mmaniġġati b’mod adegwat;
(e)
ikun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, fuq talba, li għandu fehim komprensiv u profond tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti tagħha u li implimenta politiki u proċeduri miktubin għall-immaniġġar tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u għaż-żamma ta’ reġistri għall-verifiki u d-diliġenza dovuta f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti; u
(f)
fil-każ ta’ skoperturi għal programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, ikun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, fuq talba, li għandu fehim komprensiv u dettaljat tal-kwalità kreditizja tal-isponsor u tat-termini tal-faċilità ta’ likwidità pprovduta.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, fejn investitur istituzzjonali jkun ta lil investitur istituzzjonali ieħor l-awtorità li jieħu deċiżjonijiet ta’ ġestjoni ta’ investiment li jistgħu jesponuh għal titolizzazzjoni, l-investitur istituzzjonali jista’ jagħti struzzjonijiet lil dik il-parti li qed tiġġestixxi biex twettaq l-obbligi tagħha taħt dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kwalunkwe skopertura għal titolizzazzjoni li tirriżulta minn dawk id-deċiżjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn investitur istituzzjonali jkun ingħata struzzjoni skont dan il-paragrafu biex iwettaq l-obbligi ta’ investitur istituzzjonali ieħor u jonqos milli jagħmel dan, kwalunkwe sanzjoni skont l-Artikoli 32 u 33 tista’ tiġi imposta fuq il-parti li qed tiġġestixxi u mhux fuq l-investitur istituzzjonali li huwa espost għal titolizzazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|