|
+Artikolu 6 3. |
Artikolu 6 3.Huma biss dawn li ġejjin li għandhom jikkwalifikaw bħala retenzjoni tal-interess materjali ekonomiku nett ta’ mhux inqas minn 5 % skont it-tifsira tal-paragrafu 1:
(a)
ir-retenzjoni ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull wieħed mis-segmenti mibjugħin jew trasferiti lill-investituri;
(b)
fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet ċirkolanti jew titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi ċirkolanti, ir-retenzjoni tal-interess tal-oriġinatur ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull waħda mill-iskoperturi titolizzati;
(c)
ir-retenzjoni ta’ skoperturi magħżula b’mod aleatorju, ekwivalenti għal mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, fejn tali skoperturi mhux titolizzati normalment kienu jkunu titolizzati fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li n-numru ta’ skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx inqas minn 100 fil-bidu;
(d)
ir-retenzjoni tas-segment tal-ewwel tat-telf u, meta t-tali retenzjoni ma tkunx tammonta għal 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, jekk hemm bżonn, segmenti oħrajn bl-istess profil ta’ riskju jew wieħed iktar sever minn dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri, sabiex ir-retenzjoni totali ma tkunx inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati; jew
(e)
ir-retenzjoni ta’ skopertura tal-ewwel telf ta’ mhux inqas minn 5 % ta’ kull skopertura titolizzata fit-titolizzazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|