+Artikolu 6 Żamma tar-riskju
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 3a.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.

Artikolu 6 Żamma tar-riskju

Żamma tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ta’ titolizzazzjoni għandu jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni ta’ mhux inqas minn 5 %. Dak l-imgħax għandu jitkejjel fl-oriġinazzjoni u għandu jkun iddeterminat mill-valur nozzjonali għal elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ. Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ma jkunux qablu bejniethom dwar min ser iżomm l-interess materjali ekonomiku nett, l-oriġinatur għandu jżomm l-interess materjali ekonomiku nett. Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta’ retenzjoni għal xi titolizzazzjoni partikolari. L-interess materjali ekonomiku nett ma għandux jinqasam bejn tipi differenti ta’ min iżomm l-interess u ma għandux ikun soġġett għal ebda mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu jew iħħeġġjar.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, entità ma titqiesx li hija oriġinatur meta l-entità tkun ġiet stabbilita jew topera bl-uniku skop li tittitolizza skoperturi.

Meta jitkejjel l-interess materjali ekonomiku nett, ir-ritenitur għandu jqis kwalunkwe tariffa li fil-prattika tista' tintuża biex jitnaqqas l-interess materjali ekonomiku nett effettiv.

Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet NPE tradizzjonali, ir-rekwiżit ta' dan il-paragrafu jista' jiġi ssodisfat ukoll mis-servizzjant dment li s-servizzjant jista' juri li għandu għarfien espert fis-servizzjar ta' skoperturi ta' natura simili għal dawk titolizzati u li għandu stabbiliti politiki, proċeduri u kontrolli tal-immaniġġjar tar-riskju dokumentati sew u adegwati relatati mas-servizzjar tal-iskoperturi.

Artikolu 6 2.
L-oriġinaturi ma għandhomx jagħżlu l-assi li ser jiġu ttrasferiti lill-SSPE bil-għan li jagħmlu telf fuq l-assi ttrasferiti lill-SSPE, imkejla matul il-ħajja tat-tranżazzjoni, jew fuq massimu ta’ 4 snin fejn il-ħajja tat-tranżazzjoni hija itwal minn erba’ snin, ogħla mit-telf matul l-istess perijodu fuq assi komparabbli miżmuma fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur. Fejn l-awtorità kompetenti ssib evidenza li tindika ksur ta’ dik il-projbizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvestigaw il-prestazzjoni tal-assi ttrasferiti lill-SSPE u assi komparabbli miżmuma fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur. Jekk il-prestazzjoni tal-assi ttrasferiti tkun ferm aktar baxxa minn dik tal-assi komparabbli miżmuma fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur bħala konsegwenza tal-intenzjoni tal-oriġinatur, l-awtorità kompetenti għandha timponi sanzjoni skont l-Artikoli 32 u 33.
Artikolu 6 3.

Huma biss dawn li ġejjin li għandhom jikkwalifikaw bħala retenzjoni tal-interess materjali ekonomiku nett ta’ mhux inqas minn 5 % skont it-tifsira tal-paragrafu 1:

(a) 

ir-retenzjoni ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull wieħed mis-segmenti mibjugħin jew trasferiti lill-investituri;

(b) 

fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet ċirkolanti jew titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi ċirkolanti, ir-retenzjoni tal-interess tal-oriġinatur ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull waħda mill-iskoperturi titolizzati;

(c) 

ir-retenzjoni ta’ skoperturi magħżula b’mod aleatorju, ekwivalenti għal mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, fejn tali skoperturi mhux titolizzati normalment kienu jkunu titolizzati fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li n-numru ta’ skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx inqas minn 100 fil-bidu;

(d) 

ir-retenzjoni tas-segment tal-ewwel tat-telf u, meta t-tali retenzjoni ma tkunx tammonta għal 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, jekk hemm bżonn, segmenti oħrajn bl-istess profil ta’ riskju jew wieħed iktar sever minn dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri, sabiex ir-retenzjoni totali ma tkunx inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati; jew

(e) 

ir-retenzjoni ta’ skopertura tal-ewwel telf ta’ mhux inqas minn 5 % ta’ kull skopertura titolizzata fit-titolizzazzjoni.

Artikolu 6 3a.
B'deroga mill- paragrafu 3, fil-każ ta' titolizzazzjonijiet NPE, fejn ġie miftiehem skont fil-prezz tax-xiri li ma jitħallasx lura, iż-żamma ta' interess materjali ekonomiku nett għall-finijiet ta' dak il-paragrafu ma għandhux ikun anqas minn 5 % tas-somma tal-valur nett tal-iskoperturi titolizzati li jikkwalifikaw bħala skoperturi improduttivi u, jekk applikabbli, il-valur nominali ta' kwalunkwe skopertura produttiva titolizzata.

Il-valur nett ta' skopertura improduttiva għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas l-iskont tal-prezz tax-xiri li ma jitħallasx lura miftiehem fil-livell tal-iskopertura titolizzata individwali fil-ħin tal-oriġinazzjoni jew, fejn applikabbli, sehem korrispondenti tal-iskont tal-prezz tax-xiri li ma jitħallasx lura miftiehem fil-livell tal-aggregazzjoni ta' skoperturi sottostanti fil-ħin tal-oriġinazzjoni mill-valur nominali tal-iskopertura jew, fejn applikabbli, il-valur pendenti tagħha fil-ħin tal-oriġinazzjoni. Barra minn hekk, għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur nett tal-iskoperturi improduttivi titolizzati, l-iskont tal-prezz tax-xiri li ma jitħallasx lura jista' jinkludi d-differenza bejn l-ammont nominali tas-segmenti tat-titolizzazzjoni NPE sottoskritti mill-oriġinatur għall-bejgħ sussegwenti u l-prezz li bih dawn is-segmenti jinbiegħu għall-ewwel darba lil partijiet terzi mhux relatati.

Artikolu 6 4.
Meta kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), istituzzjoni prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja stabbilita fl-Unjoni, jew waħda mis-sussidjarji tagħha skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bħala oriġinatur jew sponsor, tittitolizza skoperturi minn istituzzjoni ta’ kreditu, kumpannija tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar li jkunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu ssodisfati fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali, tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja, jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni.

L-ewwel subparagrafu japplika biss meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-iskoperturi titolizzati jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u jfornu l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, fil-ħin, lill-oriġinatur jew lill-isponsor u lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-Unjoni, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni.

Artikolu 6 5.

Il-paragrafu 1 ma japplikax meta l-iskoperturi titolizzati jkunu skoperturi fuq garanzija jew skoperturi garantiti bis-sħiħ, inkondizzjonalment u b’mod irrevokabbli minn:

(a) 

gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;

(b) 

gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Istati Membri;

(c) 

istituzzjonijiet li għalihom jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 50 % jew inqas skont il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali fit-tifsira tal-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ); jew

(e) 

il-banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fl-Artikolu 117 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 6 6.
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli, fejn l-entitajiet referenzjarji sottostanti jkunu identiċi għal dawk li jifformaw indiċi ta’ entitajiet li jkun ikkummerċjalizzat ħafna, jew ikunu titoli kummerċjabbli oħra għajr pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.
Artikolu 6 7.

L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f’dettall ikbar ir-rekwiżit ta’ retenzjoni tar-riskju, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) 

il-modalitajiet għar-retenzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 3, inkluż l-issodisfar permezz ta’ forma sintetika jew kontinġenti ta’ retenzjoni;

(b) 

il-kejl tal-livell ta’ retenzjoni msemmi fil-paragrafu 1;

(c) 

il-projbizzjoni ta’ ħħeġġjar jew bejgħ tal-imgħax ritenut;

(d) 

il-kundizzjonijiet għar-retenzjoni fuq bażi konsolidata skont il-paragrafu 4;

(e) 

il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ tranżazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli msemmi fil-paragrafu 6;

▼M1

(f) 

il-modalitajiet taż-żamma tar-riskju skont il-paragrafi 3 u 3a fil-każ ta' titolizzazzjonijiet NPE;

(g) 

l-impatt tat-tariffi mħallsa lir-ritenitur fuq l-interess materjali ekonomiku nett effettiv skont it-tifsira tal-paragrafu 1.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.