+Artikolu 9 Kriterji għall-għoti ta’ kreditu
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
|
Artikolu 9 Kriterji għall-għoti ta’ kreditu
Kriterji għall-għoti ta’ kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Għall-iskoperturi li ser jiġu titolizzati, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-mutwanti oriġinali għandhom japplikaw l-istess kriterji sodi u definiti tajjeb għall-għoti tal-kreditu li huma japplikaw għal skoperturi mhux titolizzati. Għal dak il-għan, l-istess proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni u, fejn rilevanti, l-emendar, it-tiġdid u r-rifinanzjament ta’ krediti għandhom jiġu applikati. L-oriġinaturi, l-isponsors u l-mutwanti oriġinali għandu jkollhom sistemi effettivi stabbiliti biex japplikaw dawk il-kriterji u l-proċessi sabiex jiżguraw li l-għoti ta’ kreditu jkun imsejjes fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tal-obbligant filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-fatturi rilevanti għall-verifika tal-prospett li l-obbligant jissodisfa l-obbligazzjonijiet tiegħu skont il-ftehim ta’ kreditu. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, rigward l-iskoperturi sottostanti li kienu skoperturi improduttivi fiż-żmien li fih l-oriġinatur akkwistahom mingħand il-parti terza rilevanti, għandhom japplikaw standards solidi fl-għażla u l-ipprezzar tal-iskoperturi.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Fejn l-iskoperturi sottostanti ta’ titolizzazzjonijiet jkunu self residenzjali magħmula wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/17/UE, l-aggregazzjoni ta’ dak is-self ma għandu jinkludi l-ebda self li jitqiegħed fis-suq u li ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji, kienu ġew infurmati li l-informazzjoni pprovduta mill-applikant għas-self jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwant.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Meta oriġinatur jixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tiegħu stess u mbagħad jittitolizzahom, dak l-oriġinatur għandu jivverifika li l-entità li, direttament jew indirettament, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali li ser jiġu titolizzati tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Il-paragrafu 3 ma japplikax jekk;
(a)
il-ftehim oriġinali, li ħoloq l-obbligu jew l-obbligi potenzjali tad-debitur jew tad-debitur potenzjali, sar qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/17/UE; u
(b)
l-oriġinatur li jixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tiegħu stess u mbagħad jittitolizzahom jissodisfa l-obbligi li l-istituzzjonijiet tal-oriġinatur kienu obbligati li jissodisfaw taħt l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 qabel l-1 ta’ Jannar 2019.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|