+Artikolu 10 Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
|
Artikolu 10 Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni
Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jirreġistra mal-ESMA għall-finijiet tal-Artikolu 5 skont il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbiliti f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Sabiex ikun eliġibbli biex jiġi rreġistrat skont dan l-Artikolu, repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni, japplika proċeduri biex jivverifika l-kompletezza u l-konsistenza tal-informazzjoni magħmula disponibbli lilu skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, u għandu jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 78, 79 u 80(1) sa (3), (5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-referenzi għall-Artikoli 78 u 80 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għall-Artikolu 9 tiegħu għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Ir-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Repożitorju tat-titolizzazzjoni rreġistrat għandu jikkonforma f’kull waqt mal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika lill-ESMA bi kwalunkwe bidliet materjali fir-rigward tal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jippreżenta lill-ESMA waħda milli ġejjin:
(a)
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;
(b)
applikazzjoni għal estensjoni ta’ reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament fil-każ ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet diġà reġistrat skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
).
|
|
Artikolu 10 6.
|
L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien sa meta r-repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali. Wara li tkun evalwat applikazzjoni bħala kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika b’dan lir-repożitorju tat-titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 10 7.
|
Sabiex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji ta’ dawn kollha li ġejjin:
(a)
il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji ta’ titolizzazzjoni sabiex jivverifikaw il-kompletezza u l-konsistenza tal-informazzjoni magħmula disponibbli lilhom skont l-Artikolu 7(1);
(b)
l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5;
(c)
applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 10 8.
|
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tat-tnejn li ġejjin:
(a)
l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5;
(b)
applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5.
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tiżviluppa format simplifikat biex tevita proċeduri doppji. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|