+Artikolu 17 Disponibbiltà tad-data miżmuma f’repożitorju tat-titolizzazzjoni
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.

Artikolu 17 Disponibbiltà tad-data miżmuma f’repożitorju tat-titolizzazzjoni

Disponibbiltà tad-data miżmuma f’repożitorju tat-titolizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.

Mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 7(2), repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jiġbor u jżomm id-dettalji tat-titolizzazzjoni. Huwa għandu jipprovdi aċċess dirett u immedjat u mingħajr ħlas lill-entitajiet kollha li ġejjin biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet, il-mandati u l-obbligi rispettivi tagħhom:

(a) 

l-ESMA;

(b) 

l-EBA;

(c) 

l-EIOPA;

(d) 

il-BERS;

(e) 

il-membri rilevanti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(f) 

l-awtoritajiet rilevanti li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom ikopru t-tranżazzjonijiet, is-swieq, il-parteċipanti u l-assi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(g) 

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );

(h) 

il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );

(i) 

l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29;

(j) 

investituri u investituri potenzjali.

Artikolu 17 2.

L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA u filwaqt li tqis il-bżonnijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

id-dettalji tat-titolizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE għandhom jipprovdu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 7(1);

(b) 

l-istandards operazzjonali meħtieġa biex ikunu jistgħu jsiru fil-waqt dovut u b’mod strutturat u komprensiv:

(i) 

ġbir ta’ data mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet; u

(ii) 

aggregazzjoni u tqabbil ta’ data bejn repożitorju tat-titolizzazzjoni u ieħor;

(c) 

id-dettalji tal-informazzjoni li jkollhom aċċess għaliha l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-mandat tagħhom u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;

(d) 

it-termini u l-kondizzjonijiet li bihom l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom aċċess dirett u immedjat għad-data miżmuma f’repożitorji tat-titolizzazzjonijiet.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17 3.
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni għall-paragrafu 2, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-mudelli standardizzati li permezz tagħhom l-oriġinatur, il-isponsor jew l-SSPE għandhom jipprovdu l-informazzjoni għar-repożitorju tat-titolizzazzjoni, b’kont meħud ta’ soluzzjonijiet żviluppati minn kolletturi tad-data eżistenti.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.