|
+Artikolu 17 2. |
Artikolu 17 2.L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA u filwaqt li tqis il-bżonnijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
id-dettalji tat-titolizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE għandhom jipprovdu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 7(1);
(b)
l-istandards operazzjonali meħtieġa biex ikunu jistgħu jsiru fil-waqt dovut u b’mod strutturat u komprensiv:
(i)
ġbir ta’ data mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet; u
(ii)
aggregazzjoni u tqabbil ta’ data bejn repożitorju tat-titolizzazzjoni u ieħor;
(c)
id-dettalji tal-informazzjoni li jkollhom aċċess għaliha l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-mandat tagħhom u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;
(d)
it-termini u l-kondizzjonijiet li bihom l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom aċċess dirett u immedjat għad-data miżmuma f’repożitorji tat-titolizzazzjonijiet. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|