|
+Artikolu 24 9. |
Artikolu 24 9.L-iskoperturi sottostanti li għandhom jiġu ttrasferiti lill-SSPE wara l-għażla mingħajr dewmien bla bżonn u ma għandhomx jinkludu, fil-mument tal-għażla, skoperturi f’inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali:
(a)
ikun ġie iddikjarat insolventi jew kellu qorti li tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta’ infurzar jew danni materjali bħala riżultat ta’ pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ oriġinazzjoni jew ikun għadda minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE, ħlief jekk:
(i)
skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE; u
(ii)
l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE skont il-punti (a) u (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), b’mod espliċitu tistabbilixxi il-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar;
(b)
kien, fiż-żmien tal-oriġinazzjoni, fejn applikabbli, fuq reġistru ta’ kreditu pubbliku ta’ persuni bi storja kreditizja negattiva jew, fejn ma jkunx hemm tali reġistru ta’ kreditu pubbliku, reġistru ta’ kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali; jew
(c)
għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|