+Artikolu 24 Rekwiżiti fil-livell tat-tranżazzjoni
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
---+Artikolu 24 9.
---+Artikolu 24 10.
---+Artikolu 24 11.
---+Artikolu 24 12.
---+Artikolu 24 13.
---+Artikolu 24 14.
---+Artikolu 24 15.
---+Artikolu 24 16.
---+Artikolu 24 17.
---+Artikolu 24 18.
---+Artikolu 24 19.
---+Artikolu 24 20.
---+Artikolu 24 21.

Artikolu 24 Rekwiżiti fil-livell tat-tranżazzjoni

Rekwiżiti fil-livell tat-tranżazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
It-titolu tal-iskoperturi sottostanti għandu jiġi akkwistat mill-SSPE permezz ta’ bejgħ veru jew assenjament jew trasferiment bl-istess effett legali b’mod li jkun eżegwibbli kontra l-bejjiegħ jew kwalunkwe parti terza oħra. It-trasferiment tat-titolu lill-SSPE ma għandux ikun soġġett għal dispożizzjonijiet ta’ rkupru severi fil-każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ.
Artikolu 24 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’ rkupru severi:

(a) 

dispożizzjonijiet li jippermettu lil-likwidatur tal-bejjiegħ li jinvalida l-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi biss li dan ġie konkluż fi żmien ċertu perijodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ;

(b) 

dispożizzjonijiet fejn l-SSPE jista’ jipprevjeni l-invalidazzjoni msemmija fil-punt (a) fil-każ biss li jkun jista’ jiġi ppruvat li ma kienx jaf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fil-mument tal-bejgħ.

Artikolu 24 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza li jippermettu lil likwidatur jew qorti tinvalida l-bejgħ ta’ skoperturi sottostanti f’każ ta’ trasferimenti frawdolenti, ħsara żleali lill-kredituri jew ta’ trasferimenti maħsuba biex jiġu ffavoriti b’mod mhux xieraq kredituri partikolari fuq oħrajn, ma għandhomx jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’rkupru severi.
Artikolu 24 4.
Jekk il-bejjiegħ mhuwiex il-mutwant oriġinali, il-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali tal-iskoperturi sottostanti lill-bejjiegħ, kemm jekk dak il-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali jkun dirett jew permezz ta’ pass intermedjarju wieħed jew aktar, għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3.
Artikolu 24 5.

Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjament u jiġi pperfezzjonat fi stadju iktar tard mill-għeluq tat-tranżazzjoni, l-ixkattaturi li jeffettwaw tali perfezzjoni għandhom mill-anqas jinkludu l-avvenimenti li ġejjin:

(a) 

deterjorament sever fis-sitwazzjoni tal-kwalità kreditizja tal-bejjiegħ;

(b) 

insolvenza tal-bejjiegħ; u

(c) 

ksur mhux rimedjat ta’ obbligi kuntrattwali mill-bejjiegħ, inkluż l-inadempjenza tal-bejjiegħ.

Artikolu 24 6.
Il-bejjiegħ għandu jipprovdi rappreżentazzjonijiet u garanziji li, sa fejn jaf hu, l-iskoperturi sottostanti inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f’kundizzjoni li jista’ jiġi previst li tkun affettwata b’mod negattiv l-eżegwibilità tal-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali.
Artikolu 24 7.
L-iskoperturi sottostanti trasferiti jew assenjati mill-bejjiegħ lill-SSPE għandhom jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet u l-garanziji ma għandhiex titqies bħala immaniġġar tal-portafoll attiv. L-iskoperturi trasferiti lill-SSPE wara l-għeluq tat-tranżazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għall-iskoperturi sottostanti inizjali.
Artikolu 24 8.
L-iskoperturi sottostanti ma jinkludu ebda pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni.
Artikolu 24 9.

L-iskoperturi sottostanti li għandhom jiġu ttrasferiti lill-SSPE wara l-għażla mingħajr dewmien bla bżonn u ma għandhomx jinkludu, fil-mument tal-għażla, skoperturi f’inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali:

(a) 

ikun ġie iddikjarat insolventi jew kellu qorti li tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta’ infurzar jew danni materjali bħala riżultat ta’ pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ oriġinazzjoni jew ikun għadda minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE, ħlief jekk:

(i) 

skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE; u

(ii) 

l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE skont il-punti (a) u (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), b’mod espliċitu tistabbilixxi il-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar;

(b) 

kien, fiż-żmien tal-oriġinazzjoni, fejn applikabbli, fuq reġistru ta’ kreditu pubbliku ta’ persuni bi storja kreditizja negattiva jew, fejn ma jkunx hemm tali reġistru ta’ kreditu pubbliku, reġistru ta’ kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali; jew

(c) 

għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati.

Artikolu 24 10.
Id-debituri għandhom, fil-mument tat-trasferiment tal-iskoperturi, ikunu għamlu tal-inqas pagament wieħed, ħlief fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet rotanti garantiti bi skoperturi pagabbli f’pagament wieħed jew li għandhom maturità ta’ inqas minn sena, inkluż, mingħajr limitazzjoni, pagamenti fix-xahar fuq krediti rotanti.
Artikolu 24 11.
Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandux ikun ġie strutturat biex jiddependi, b’mod prevalenti, fuq il-bejgħ ta’ assi li jkopru l-iskoperturi sottostanti. Dan ma għandux iwaqqaf lil tali assi milli sussegwentement jiġu riportati jew rifinanzjati.

Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-iskoperturi sottostanti tagħhom huma koperti minn assi li l-valur tagħhom huwa garantit jew immitigat bis-sħiħ minn obbligu ta’ riakkwist mill-bejjiegħ tal-assi li jkopri l-iskoperturi sottostanti jew minn parti terza oħra ma għandux jitqies li jiddependi mill-bejgħ ta’ assi li jkopru dawk l-iskoperturi sottostanti.

Artikolu 24 12.
Ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-kambju li jirriżultaw mit-titolizzazzjoni għandhom jiġu mitigati kif xieraq u kwalunkwe miżura meħuda f’dan ir-rigward għandha tiġi ddivulgata. Ħlief għall-iskop tal-iħeġġjar tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħaxx jew tal-kambju, l-SSPE ma għandhiex tidħol f’kuntratti tad-derivattivi u għandha tiżgura li l-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tinkludix derivattivi. Dawk id-derivattivi għandhom jiġu sottoskritti u dokumentati skont l-istandards komuni fil-finanzi internazzjonali.
Artikolu 24 13.
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tistabbilixxi f’termini ċari u konsistenti definizzjonijiet, rimedji u azzjonijiet marbutin mad-delinkwenza u l-inadempjenza tad-debituri, ir-ristrutturar tad-dejn, il-maħfra tad-dejn, it-tolleranza, il-pawżi mill-pagamenti, it-telf, iċ-charge offs, l-irkupri u rimedji oħrajn tal-prestazzjoni tal-assi. Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b’mod ċar il-prijoritajiet tal-pagament, l-avvenimenti li bihom jixkattaw bidliet f’tali prijoritajiet ta’ pagament kif ukoll l-obbligi li jiġu rrappurtati tali avvenimenti. Kwalunkwe bidla fil-prijoritajiet tal-pagamenti li materjalment ser taffettwa b’mod negattiv ir-ripagament tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandha tiġi rrapportata lill-investituri mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 24 14.
L-oriġinatur u l-isponsor għandhom jagħmlu disponibbli data dwar prestazzjoni statika u dinamika fil-passat fir-rigward ta’ inadempjenzi u telf, bħad-data dwar id-delinkwenza u l-inadempjenza, għal skoperturi sostanzjalment simili għal dawk li qed jiġu titolizzati, u s-sorsi ta’ dik id-data u l-bażi għad-dikjarazzjoni ta’ similarità, lil investituri potenzjali qabel l-ipprezzar. Fejn l-isponsor ma jkollux aċċess għal tali data, huwa għandu jikseb mingħand il-bejjiegħ l-aċċess għad-data, fuq bażi statika jew dinamika, dwar il-prestazzjoni storika, bħad-data dwar id-delinkwenza jew l-inadempjenza, għal skoperturi sostanzjalment simili għal dawk li jkunu qed jiġu titolizzati. Tali data għandha tkopri perijodu ta’ mhux anqas minn ħames snin, ħlief għal data rigward riċevibbli tan-negozju u riċevibbli oħrajn fuq żmien qasir li għalihom il-perijodu storiku ma għandux ikun iqsar minn tliet snin.
Artikolu 24 15.
Tranżazzjonijiet ABCP għandhom ikunu appoġġjati minn aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti li huma omoġenji f’termini tat-tip ta’ assi, b’kont meħud tal-karatteristiċi relatati mal-flussi ta’ flus tat-tipi ta’ assi differenti inkluż il-karatteristiċi kuntrattwali, tar-riskju ta’ kreditu u ta’ prepagament tagħhom. Aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandha tikkonsisti biss minn tip wieħed ta’ assi.

L-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandu jkollha ħajja medja peżata li jifdal ta’ mhux aktar minn sena waħda u l-ebda waħda mill-iskoperturi sottostanti ma għandu jkollha maturità residwa ta’ aktar minn tliet snin.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, aggregazzjonijiet ta’ self għal karozzi, kiri ta’ karozzi u tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ tagħmir għandu jkollhom ħajja medja ppeżata li jifdal ta’ mhux aktar minn tliet snin u nofs u l-ebda waħda mil-iskoperturi sottostanti ma għandu jkollha maturità residwa ta’ aktar minn sitt snin.

L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu self garantit minn ipoteki residenzjali jew kummerċjali jew self residenzjali garantit bis-sħiħ, kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-iskoperturi sottostanti għandhom jinkludu obbligi li huma kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta’ pagamenti definiti marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-imgħax, jew relatati ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu minn li jiggarantixxu dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi finanzjati jew mikrija. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli kif definiti fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief bonds maħruġa minn impriżi, li ma jkunux elenkati f’ċentru tan-negozjar.

Artikolu 24 16.
Kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fil-kuntest tal-assi u l-obbligi tat-tranżazzjoni ABCP għandu jkun ibbażat fuq rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq, jew rati settorjali ġeneralment użati li jirriflettu l-kost tal-fondi, iżda ma għandux jirreferi għal formuli jew derivattivi kumplessi. Il-pagamenti tal-imgħax imsemmija fil-kuntest tal-obbligi tat-tranżazzjoni ABCP jistgħu jkunu bbażati fuq rati tal-imgħax li jirriflettu l-kost tal-fondi ta’ programm ABCP.
Artikolu 24 17.

Wara l-inadempjenza tal-bejjiegħ jew avveniment ta’ aċċellerazzjoni:

(a) 

ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament operattiv tal-SSPE jew ir-ripagament ordnat ta’ investituri f’konformità mat-termini kuntrattwali tat-titolizzazzjoni sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jesiġux li jinqabad ammont sabiex jintuża, fl-aħjar interessi tal-investituri, għal spejjeż sabiex jiġi evitat id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(b) 

rikavati prinċipali mill-iskoperturi sottostanti għandhom jgħaddu lill-investituri li jżommu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni permezz ta’ pagament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni; u

(c) 

ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.

Artikolu 24 18.
L-iskoperturi sottostanti għandhom joriġinaw fil-perkors ordinarju tan-negozju tal-bejjiegħ skont l-istandards tas-sottoskrizzjoni li mhumiex inqas stretti minn dawk li japplika l-bejjiegħ japplika fil-mument tal-oriġinazzjoni ta’ skoperturi simili li mhumiex titolizzati. L-istandards ta’ sottoskrizzjoni li huma oriġinati konformement magħhom l-iskoperturi sottostanti u kwalunkwe bidla materjali minn standards ta’ sottoskrizzjoni preċedenti għandhom jiġu divulgati b’mod sħiħ mingħajr dewmien bla bżonn lill-isponsor u l-partijiet l-oħra esposti direttament għat-tranżazzjoni ABCP. Il-bejjiegħ għandu jkollu għarfien espert fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ għamla simili għal dawk titolizzati.
Artikolu 24 19.

Fejn tranżazzjoni ABCP tkun titolizzazzjoni rotanti, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi xkattaturi għat-terminazzjoni tal-perijodu rotanti, li tal-inqas jinkludu:

(a) 

deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f’livell inqas mil-limitu predefinit; u

(b) 

l-okkorrenza ta’ avveniment relatat ma’ insolvenza fir-rigward tal-bejjiegħ jew tal-ġestur.

Artikolu 24 20.

Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b’mod ċar:

(a) 

l-obbligi kuntrattwali, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-isponsor, il-ġestur u l-fiduċjarju, jekk ikun hemm, u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari;

(b) 

il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tal-ġestur ma tirriżultax fit-tmiem tal-ġestjoni;

(c) 

dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont f’każ ta’ inadempjenza, insolvenza u avvenimenti oħrajn speċifikati, meta jkun applikabbli; u

(d) 

kif l-isponsor jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(3).

Artikolu 24 21.
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar liema skoperturi sottostanti msemmija fil-paragrafu 15 jitqiesu bħala omoġeni.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.