+104. EBA/GL/2018/08 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal-Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li …

104. EBA/GL/2018/08 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal-Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li …

EBA/GL/2018/08 huwa emendat kif ġej:

  • a. Il-paragrafu 8 tal-Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li nħatru bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, u lill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni skont ir- Regolament (UE) 2017/2402, inklużi partijiet terzi li jivverifikaw il -konformità STS ukoll f’konformità mal-Artikolu 2(5), l- aħħar subparagrafu, tar -Regolament 1093/2010. L-awtoritajiet kompetenti nnominati skont l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 li ma jikkwalifikawx bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 4, il-punt (2) tar-Regolament Nru 1093/2010 huma mħeġġa japplikaw dawn il -linji gwida.”

  • b. Il-paragrafu 29 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 24(9) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi speċifikati fil-punti (a) sa (c) ta’ dak il- paragrafu jenħtieġ li jinftehmu bħala definizzjonijiet ta’ indeboliment tal - kreditu. Ċirkostanzi possibbli oħra ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu li mhumiex imsemmija fil - punti (a) sa (c) għandhom jinftiehmu li huma esklużi minn dan ir - rekwiżit.”

  • c. Il-paragrafu 34 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall -finijiet tal-Artikolu 24(9), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-debituri b’indeboliment fil-kreditu jew il- garanti ta’ skoperturi jenħtieġ li ma jitqisux li għandhom “valutazzjoni tal- kreditu jew punteġġ tal -kreditu li jindika li r-riskju li ma jsirux pagamenti miftiehma kuntrattwalment ikun ogħla b’mod sinifikanti minn dak għal skoperturi komparabbli ta’ debituri jew garanti oħrajn b’indeboliment fil - kreditu miżmuma mill - oriġinatur li mhumiex titolizzati” meta japplikaw iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
  • a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti u l-iskoperturi komparabbli huma simili;
  • b. bħala riżultat tas -similarità msemmija fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fl - imgħoddi jew il -mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni jew fuq massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja ta t- tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il -prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi komparabbli.”
  • d. Il-paragrafu 35 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kundizzjonijiet fil- paragrafu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

  • a. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi li huma kklassifikati bħala dubjużi, indeboliti jew improduttivi, jew ikklassifikati għal effett simili skont il - prinċipji ta’ kontabbiltà rilevanti;
  • b. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi għal debituri jew garanti li l - kwalità tal- kreditu tagħhom, ibbażata fuq klassifikazzjonijiet tal -kreditu jew livelli limiti tal-kwalità tal- kreditu oħra, hija agħar b’mod sinifikanti mill -kwalità tal-kreditu ta’ debituri jew garanti ta’ skoperturi komparabbli li l- oriġinatur joriġina matul l -operazzjonijiet ta’ self standard u l- istrateġija tar -riskju tal-kreditu tiegħu.”
  • e. Il-paragrafu 36 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

Għall -finijiet tal-Artikolu 24(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, avvanzi ulterjuri f’termini ta’ skopertura għal mutwatarju partikolari ma għandhomx jitqiesu li jixkattaw rekwiżit ta’ “tal - inqas pagament wieħed” ġdid fir -rigward ta’ tali skopertura.

  • f. Jiddaħħal paragrafu 36a addizzjonali wara l-paragrafu 36: “Għall -finijiet tal-Artikolu 24(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- trasferiment maħsub ta’ skopertura separata differenti għall - istess mutwatarju għall - SSPE għandu jiskatta rekwiżit ġdid ta’ “tal- inqas pagament wieħed” fir -rigward ta’ tali skopertura.”
  • g. Il-paragrafu 37 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 24(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pagament imsemmi fir- rekwiżit li skontu ‘mill- inqas pagament wieħed’ kellu jsir fil - ħin tat - trasferiment għandu jkun pagament ta’ kiri, kapital jew imgħax jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pagament ordinarju speċifikat fil -ftehim kuntrattwali relatat mal-iskopertura.”

  • h. Il-paragrafu 51 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

Għall -finijiet tal-Artikolu 24(14) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it-terminu “skoperturi sostanzjalment simili” jenħtieġ li jinftiehem bħala li jirreferi għal skoperturi li għalihom jiġu ssodisfati l- kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti huma simili;
  • b. bħala riżultat tax -xebh imsemmi fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fl - imgħoddi jew mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni, jew fuq perjodu massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja tat - tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il - prestazzjoni tagħhom ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi titolizzati.”
  • i. Il-paragrafu 57 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 24(16) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li jenħtieġ li jiġu meqjusa bħala bażi ta’ referenza adegwata għal pagamenti tal - imgħax imsemmi jenħtieġ li jinkludu dan kollu li ġej:

  • a. ir- rati interbankarji inklużi Libor, Euribor u parametri referenzjarji rikonoxxuti oħra;
  • b. rati tal- imgħax ta’ referenza stabbiliti oħrajn bħal €STR, SONIA, SOFR u TONA;
  • c. rati stabbiliti mill-awtoritajiet tal- politika monetarja, inkluż ir -rati tal-fondi u r-rati ta’ skont tal- banek ċentrali;
  • d. rati settorjali li jirriflettu l-kost tal- fondi ta’ mutwanti, inklużi rati varjabbli standard u rati ta’ mgħax interni li jirriflettu b’mod dirett l - ispejjeż tas - suq tal -finanzjament ta’ bank jew subsett ta’ istituzzjonijiet, sal-punt li tkun ipprovduta bi żżejjed data lill-investituri biex ikunu jistgħu jevalwaw ir -relazzjoni tar- rati settorjali ma’ rati oħra tas - suq.
  • j. Il-paragrafu 65 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 24(18), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi għandhom jitqiesu li huma ta’ natura simili jekk tiġi ssodisfata waħda mill -kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. l- iskoperturi jappartjenu għal waħda mill -kategoriji ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punti (a)(i) sa (a)(iii) jew (a)(v) sa (a)(vii) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
  • b. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(iv) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għall -istess tip ta’ debitur imsemmi fl-Artikolu 2(3), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;
  • c. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(viii), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għandhom karatteristiċi simili fir - rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill - fatturi ta’ omoġeneità msemmija fl-Artikolu 2(6) ta’ dak ir-Regolament.”
  • k. Il-paragrafu 69 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bidliet f’dawn l- istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jitqiesu bħala materjali meta jirreferu għal xi wieħed mit - tipi li ġejjin ta’ bidliet fl - istandards ta’ sottoskrizzjoni:

  • a. bidliet li jaffettwaw ir- rekwiżit tas -similarità tal-istandards tas-sottoskrizzjoni speċifikati aktar fl -Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
  • b. bidliet li materjalment jaffettwaw ir-riskju ta’ kreditu globali jew il-prestazzjoni medja mistennija tal- aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti mingħajr ma jirriżultaw f’approċċi sostanzjalment differenti għall -valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċj at mal-iskoperturi sottostanti.”
  • l. il-paragrafu 82 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, parti xierqa u indipendenti għandha titqies bħala parti li tissodisfa ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. ikollha l-esperjenza u l- kapaċità biex twettaq il -verifika;
  • b. ma tkun l- ebda waħda minn dawn li ġejjin:
  • i. aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal -kreditu;
  • ii. parti terza li tivverifika l-konformità mal-STS skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
  • iii. entità affiljata mal- oriġinatur, l -isponsor, l-investitur jew l-SSPE.”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.