+Artikolu 25 Sponsor ta’ programm ABCP
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.

Artikolu 25 Sponsor ta’ programm ABCP

Sponsor ta’ programm ABCP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
L-isponsor tal-programm ABCP ikun istituzzjoni ta’ kreditu taħt is-superviżjoni tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 25 2.
L-isponsor ta’ programm ABCP għandu jkun fornitur tal-faċilità ta’ likwidità u jappoġġa l-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni fuq livell ta’ programm ABCP billi jkopri r-riskji kollha tal-likwidità u ta’ kreditu u kwalunkwe riskji ta’ dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi titolizzati kif ukoll kwalunkwe spiża oħra tat-tranżazzjoni u spejjeż imġarrba mill-programm kollu kemm hu jekk neċessarji sabiex ikun garantit lill-investitur il-ħlas sħiħ ta’ kwalunkwe ammont skont l-ABCP b’tali appoġġ. L-isponsor għandu jiddivulga deskrizzjoni tal-appoġġ ipprovdut fil-livell tat-tranżazzjoni lill-investituri inkluża deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ likwidità pprovduti.
Artikolu 25 3.
Qabel ma tkun tista’ tisponsorja programm ABCP STS, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi lill-awtorità kompetenti tagħha li r-rwol tagħha skont il-paragrafu 2 ma jipperikolax is-solvenza jew il-likwidità tagħha, anki f’sitwazzjoni ta’ stress estrem fis-suq.

Ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jitqies li jkun sodisfatt meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97(3) tad-Direttiva (UE) 2013/36/UE li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnha jiżguraw l-immaniġġar tajjeb u l-kopertura tar-riskji tagħha.

Artikolu 25 4.
L-isponsor għandu jwettaq id-diliġenza dovuta tiegħu u għandu jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament, skont kif ikun applikabbli. Huwa għandu jivverifika wkoll li l-bejjiegħ għandu stabbiliti kapaċitajiet ta’ ġestjoni u proċessi ta’ ġbir li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fil-punti (h) sa (p) tal-Artikolu 265(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.
Artikolu 25 5.
Il-bejjiegħ, fil-livell ta’ tranżazzjoni, jew l-isponsor, fil-livell tal-programm ABCP, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ retenzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6.
Artikolu 25 6.

L-isponsor għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7 fil-livell tal-programm ABCP u biex jagħmel disponibbli għall-investituri potenzjali qabel l-ipprezzar fuq talba tagħhom:

(a) 

l-informazzjoni aggregata meħtieġa mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1); u

(b) 

l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), tal-inqas f’forma inizjali jew ta’ abbozz.

Artikolu 25 7.
F’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel l-iskadenza tiegħu, il-faċilità ta’ likwidità għandha tiġi prelevata u t-titoli li jimmaturaw għandhom jitħallsu lura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.