|
+Artikolu 26b 7. |
Artikolu 26b 7.Skoperturi sottostanti għandhom jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġar tal-portafoll attiv ta' dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet jew il-garanziji jew, jekk it-titolizzazzjoni tkun tinkludi perjodu ta' rikostituzzjoni, iż-żieda ta' skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' rikostituzzjoni definiti ma għandhiex titqies bħala mmaniġġar tal-portafoll attiv. Kwalunkwe skopertura miżjuda wara d-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni għandha tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà li ma jkunux inqas stretti minn dawk applikati fl-għażla inizjali tal-iskoperturi sottostanti. Skopertura sottostanti tista' titneħħa mit-tranżazzjoni jekk l-iskopertura sottostanti:
(a)
tkun ġiet imħallsa lura bis-sħiħ jew immaturat mod ieħor;
(b)
tkun tneħħiet matul il-kors ordinarju tan-negozju tal-oriġinatur, sakemm tali disponiment ma jkunx jikkostitwixxi appoġġ impliċitu kif imsemmi fl-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
tkun soġġetta għal emenda li mhijiex immexxija mill-kreditu, bħar-rifinanzjament jew ir-ristrutturar tad-dejn, u li tokkorri matul il-kors ordinarju tal-ġestjoni ta' dik l-iskopertura sottostanti; jew
(d)
ma ssodisfatx il-kriterji ta' eliġibbiltà meta ġiet inkluża fit-tranżazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|