|
+Artikolu 26e 4. |
Artikolu 26e 4.L-oriġinatur għandu jaħtar aġent ta' verifika ta' parti terza qabel id-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni. Għal kull waħda mill-iskoperturi sottostanti li jingħata avviż ta' avveniment ta' kreditu għaliha, l-aġent ta' verifika ta' parti terza għandu jivverifika, mill-inqas, dan kollu li ġej:
(a)
li l-avveniment ta' kreditu msemmi fl-avviż ta' avveniment ta' kreditu huwa avveniment ta' kreditu kif speċifikat fit-termini tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu;
(b)
li l-iskopertura sottostanti kienet inkluża fil-portafoll ta' referenza fiż-żmien tal-okkorrenza tal-avveniment ta' kreditu kkonċernat;
(c)
li l-iskopertura sottostanti ssodisfat il-kriterji ta' eliġibbiltà fil-mument tal-inklużjoni tagħha fil-portafoll ta' referenza;
(d)
meta skopertura sottostanti tkun ġiet miżjuda mat-titolizzazzjoni bħala riżultat ta' rikostituzzjoni, li tali rikostituzzjoni kienet konformi mal-kundizzjonijiet tar-rikostituzzjoni;
(e)
li l-ammont ta' telf finali jkun konsistenti mat-telf irreġistrat mill-oriġinatur fir-rapport tal-introjtu tiegħu;
(f)
li, fil-mument li jsir il-pagament finali għall-protezzjoni tal-kreditu, it-telf fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti jkun ġie korrettament allokat lill-investituri. L-aġent ta' verifika ta' parti terza għandu jkun indipendenti mill-oriġinatur u mill-investituri, u, fejn applikabbli, mill-SSPE u għandu jkun aċċetta l-ħatra bħala aġent ta' verifika ta' parti terza sad-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni. L-aġent ta' verifika ta' parti terza jista' jwettaq il-verifika fuq bażi ta' kampjun minflok fuq il-bażi ta' kull skopertura sottostanti individwali li għaliha jintalab pagament ta' protezzjoni tal-kreditu. Madankollu, l-investituri jistgħu jitolbu l-verifika tal-eliġibbiltà ta' kwalunkwe skopertura sottostanti partikolari meta ma jkunux issodisfati bil-verifika abbażi ta' kampjun. L-oriġinatur għandu jinkludi impenn fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni li jipprovdi lill-aġent ta' verifika ta' parti terza l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivverifika r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|