+Artikolu 26e 10.

Artikolu 26e 10.

Fejn tiġi pprovduta protezzjoni ta' kreditu oħra skont il-punt (c) tal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, l-oriġinatur u l-investitur għandhom jirrikorru għal kollateral ta' kwalità għolja, li għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

kollateral f'forma ta' titoli ta' dejn b'piż tar-riskju ta' 0 % msemmija fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

dawk it-titoli tad-dejn għandhom maturità massima li jifdal ta' tliet xhur li ma għandhiex tkun itwal mill-perjodu li jifdal sad-data ta' pagament li jmiss;

(ii) 

dawk it-titoli tad-dejn jistgħu jinfdew fi flus f'ammont ugwali għall-bilanċ pendenti tas-segment protett;

(iii) 

dawk it-titoli tad-dejn jinżammu minn kustodju indipendenti mill-oriġinatur u l-investituri;

(b) 

kollateral f'forma ta' flus kontanti miżmuma ma' istituzzjoni ta' kreditu terza b'livell tal-kwalità tal-kreditu 3 jew ogħla f’konformita’ mal-assoċjazzjoni stabbilita fl-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, soġġett għall-kunsens espliċitu fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni finali mill-investitur wara li jkun wettaq id-diliġenza dovuta tiegħu skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni ta' kwalunkwe skopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti rilevanti, l-oriġinatur biss jista' jirrikorri għal kollateral ta' kwalità għolja fil-forma ta' flus kontanti depożitati mal-oriġinatur, jew ma' wieħed mill-affiljati tiegħu, jekk l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu jikkwalifika bħala minimu għall-kwalità tal-kreditu 2 f’konformità mal-assoċjazzjoni stabbilita fl-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) jistgħu, wara li jikkonsultaw mal-EBA, jippermettu kollateral fil-forma ta' flus kontanti depożitati mal-oriġinatur, jew ma' wieħed mill-affiljati tiegħu, jekk l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu jikkwalifika għal livell tal-kwalità tal-kreditu 3 dment li jkunu jistgħu jiġu ddokumentati d-diffikultajiet tas-suq, l-impedimenti oġġettivi relatati mal-iskala tal-kwalità tal-kreditu assenjata lill-Istat Membru tal-istituzzjoni jew il-problemi sinifikanti potenzjali ta' konċentrazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu tal-livell tal-kwalità tal-kreditu 2 msemmi fit-tieni subparagrafu.

Jekk l-istituzzjoni ta' kreditu terza jew l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu ma jibqgħux jikkwalifikaw għall-livell minimu tal-kwalità tal-kreditu, il-kollateral għandu jiġi ttrasferit fi żmien disa' xhur lil istituzzjoni ta' kreditu terza b'livell tal-kwalità tal-kreditu 3 jew ogħla, jew il-kollateral għandu jiġi investit f'titoli li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom jitqiesu ssodisfati fil-każ ta' investimenti f'noti marbuta ma' kreditu maħruġa mill-oriġinatur, f'konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-EBA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-prattiki ta' kollateralizzazzjoni taħt dan l-Artikolu, b'attenzjoni partikolari għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u riskji ekonomiċi u finanzjarji oħra mġarrba mill-investituri li jirriżultaw minn tali prattiki ta' kollateralizzazzjoni.

L-EBA għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-10 ta’ April 2023.

Sal-10 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' dak ir-rapport tal-EBA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu b'attenzjoni partikolari għar-riskju ta' akkumulazzjoni eċċessiva tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fis-sistema finanzjarja, flimkien ma' proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan l-Artikolu, jekk xieraq.;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.