+Artikolu 27 Rekwiżiti ta’ notifika STS
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 27 7.
|
Artikolu 27 Rekwiżiti ta’ notifika STS
Rekwiżiti ta’ notifika STS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
L-oriġinaturi u l-isponsors għandhom jinnotifikaw b'mod konġunt lill-ESMA permezz tal-mudell imsemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fejn titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e ("notifika STS"). Fil-każ ta’ programm ABCP, l-isponsor biss għandu jkun responsabbli għan-notifika ta’ dak il-programm u, fi ħdan dak il-programm, tat-tranżazzjonijiet tal-ABCP li jikkonformaw mal-Artikolu 24. Fil-każ ta' titolizzazzjoni sintetika, l-oriġinatur biss għandu jkun responsabbli għan-notifika. In-notifika STS għandha tinkludi spjegazzjoni mill-oriġinatur u l-isponsor ta' kif il-kriterji STS stabbiliti fl-Artikoli 20 sa 22, l-Artikoli 24 sa 26 jew l-Artikoli 26b sa 26e ġew rispettati. L-ESMA għandha tippubblika n-notifika STS fuq is-sit web uffiċjali tagħha skont il-paragrafu 5. L-oriġinaturi u l-isponsors ta’ titolizzazzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar in-notifika STS u jaħtru bejniethom entità waħda li tkun l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-investituri u l-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 27 2.
|
►M1
L-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jistgħu jużaw is-servizz ta' parti terza awtorizzata skont l-Artikolu 28 biex tivvaluta jekk titolizzazzjoni tikkonformax mal-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e. ◄ Madankollu, l-użu ta’ servizz bħal dan ma għandu, taħt ebda ċirkostanza, jolqot ir-responsabbiltà tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE fir-rigward tal-obbligi legali tagħhom skont dan ir-Regolament. L-użu ta’ tali servizz ma għandux jaffettwa l-obbligi imposti fuq investituri istituzzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 5.
►M1
Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jużaw is-servizz ta' parti terza awtorizzata skont l-Artikolu 28 biex jivvaluta jekk titolizzazzjoni tikkonformax mal-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e, in-notifika STS għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STS kienet ikkonfermata minn dik il-parti terza awtorizzata. ◄ In-notifika għandha tinkludi l-isem tal-parti terza awtorizzata, il-post ta’ stabbiliment tagħha u l-isem tal-awtorità kompetenti li awtorizzatha.
|
|
Artikolu 27 3.
|
Meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, stabbilita fl-Unjoni, in-notifika skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn dan li ġej:
(a)
konferma mill-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali li l-għoti tal-kreditu tagħha jsir fuq il-bażi ta’ kriterji sodi u definiti kif suppost u proċessi stabbiliti ċari għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ krediti u li l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawn il-proċessi f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament; u
(b)
dikjarazzjoni mill-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali dwar jekk l-għoti ta’ kreditu msemmi fil-punt (a) huwiex soġġett għal superviżjoni.
|
|
Artikolu 27 4.
|
L-oriġinatur u, fejn applikabbli, l-isponsor għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u jinformaw lill-awtorità kompetenti tagħhom minnufih meta titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew tal-Artikoli 26a sa 26e.
|
|
Artikolu 27 5.
|
►M1
L-ESMA għandha taġġorna, fuq is-sit web uffiċjali tagħha, lista tat-titolizzazzjonijiet kollha li fir-rigward tagħhom l-oriġinaturi u l-isponsors ikunu nnotifikawha li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26, jew l-Artikoli 26a sa 26e. ◄ L-ESMA għandha żżid kull titolizzazzjoni notifikata b’dan il-mod ma’ dik il-lista immedjatament u għandha taġġorna l-lista meta t-titolizzazzjonijiet ma jibqgħux jitqiesu li jkunu STS wara deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew notifika mill-oriġinatur jew sponsor. Meta l-awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi skont l-Artikolu 32, hija għandha tinnotifika lill-ESMA dwarhom immedjatament. L-ESMA għandha immedjatament tindika fuq il-lista li awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward tat-titolizzazzjoni kkonċernata.
|
|
Artikolu 27 6.
|
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE huma meħtieġa jipprovdu sabiex jikkonformaw mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1. L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 27 7.
|
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudelli li għandhom jintużaw biex tingħata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6. L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|